Iraq

L-Iraq ( ɪˈrɑːk ), (Għarbi:العراق), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Iraq (Għarbi: جمهورية العراق ), huwa pajjiż li jinsab fl-Asja tal-Punent. Il-fruntiera tal-Iraq tmiss mas-Sirja għall-majjistral, it-Turkija lejn it-tramuntana, l-Iran lejn il-lvant, il-Ġordan lejn il-punent, l-Arabja Sawdita fin-nofsinhar u l-lbiċ, u l-Kuwajt fin-nofsinhar. L-Iraq għandu taqsima ta' kosta dejqa ta' 58 km (36 mi) fit-tramuntana tal-Golf Persjan. Il-belt kapitali, Bagdad hija belt li tinsab fiċ-ċentru tal-lvant tal-pajjiż. Żewġt ixmajjar ewlenin huma t-Tigris u l-Euphrates, jgħaddu miċ-ċentru tal-Iraq, li jiġu mill-majjistral għall-Lbiċ. Dawn jipprovdu l-Iraq b'art biedja u kapaċi mal-pajsaġġ steppa u deżert li jkopru ħafna mill-Asja tal-Punent.

It-Tieni Gwerra Dinjija

It-Tieni Gwerra Dinjija kien kunflitt mondjali li involva l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, b'mod speċjali l-pajjiżi l-iktar avvanzati maqsumin f'żewġ alleanzi militari opposti: L-Alleati u l-Qawwiet tal-Assi. Din il-gwerra involviet il-mobilitazzjoni ta' 'l fuq minn 100 miljun rekluta militari, b'hekk hi meqjusa bħala l-iktar gwerra mifruxa fl-istorja. Fi stat ta' "gwerra totali", il-partiċipanti maġġuri poġġew il-kapaċitajiet ekonomiċi, industrijali, u xjentifiċi għas-servizz ta' isforz belliku, bl-injorar tad-distinzjoni bejn riżorsi militari u dawk ċivili. Iktar minn 70 miljun ruħ, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inqatlu f'dan il-konflitt, li għalhekk jitqies bħala l-iktar imdemmi fl-istorja umana. In-nefqa finanzjarja totali tal-gwerra hi stimata li laħqet triljun dollaru amerikan, b'hekk hi ukoll l-iktar gwerra li swiet flus.

Knisja Kattolika

Il-Knisja Kattolika (mill-Grieg: καθολικός, katholikòs, jiġifieri "universali") hija l-Knisja Nisranija li tagħraf il-primat tal-awtorità tal-Isqof ta' Ruma, jiġifieri l-Papa, għax dan skont il-fidi Kattolika, huwa s-suċċessur tal-appostlu Pietru fuq il-katedra ta' Ruma.

Aqra b'lingwa oħra