Lingwa Katalana

Il-Katalan (català ) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 5 miljun ruħ fi Katalunja.

Katalan (Català)
Mitkellma fl- Andorra, Katalunja
Reġjuni: Ewropa
Kelliema: 5,15 miljun
´Familja: Lingwi Rumanzi
Uffiċjali
Lingwa uffiċjali ta': Andorra
Regolati: Institut d'Estudis Catalans
Kodiċijiet
ISO 639-1: ca
ISO 639-2: cat
ISO 639-3: cat
SIL: -
Catalán dialectos
Ara ukoll: Lingwa
Barċellona

Barċellona hi belt Spanjola. Barċellona hi l-belt kapitali tar-reġjun ta' Katalunja, reġjun awtonomu fi Spanja. Hija l-belt bl-ikbar popolazzjoni f'dan ir-reġjun u t-tieni l-ikbar f'pajjiżha, b'1,605,600 ruħ fl-2006, filwaqt bl-inħawi metropolitani b'kollox iġġib 3,161,000 ruħ.

Barċellona hi waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fl-Ewropa, b'port u ajruport immovimentati ferm. L-ekonomija tar-reġjun tiddependi ħafna fuq din il-belt, u fil-fatt għalhekk hi waħda b'saħħitha.

Barċellona bdiet bħala belt Rumana. Bi klima Mediterranja, din il-belt hi magħrufa għall-kultura unika tagħha, fejn hija ċentru t'arti, arkitettura, u hija ukoll fejn il-lingwa Katalana ssib il-qofol tagħha. Ta' min isemmi xi postijiet bħall-Katidral iddedikat lill-Familja Sagra, il-Park u l-Bini Güell, kapulavuri ta' Antoni Gaudí, arkitett ta' fama mondjali.

Barċellona hi forsi l-aktar famuża għall-faċilitajiet sportivi tagħha, fejn ġew miżmuma l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1992. Magħruf żgur ukoll hu il-Klabb tal-Futbol ta' Barċellona, FC Barcelona, anke jekk hemm klabb ieħor tal-futbol, dak ta' RCD Espanyol il-Klabb Irjali Sportiv Spanjol, għaliex dan kien miftuħ minn nies Spanjoli biss, għad differenza tal-klabb l-ieħor, li kellu Svizzeru bħala l-ewwel president.

Lingwi Rumanzi
Katalan • OċċitanSpanjolSqallijTaljan

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.