Imperu Ruman

L-Imperu Ruman hu t-terminu li jintuża għal għaqda ta' artijiet li kienu parti mir-Repubblika Rumana, wara li dan ġie riorganizzat taħt it-tmexxija ta' Ottavjanu, magħruf aħjar bħala Ċesri Awgustu. Anki jekk Ruma bħala repubblika rnexxiela tkabbar ammont ta' stati-tributarji, ikun żball jekk wieħed iħawwad dawn iż-żewġ entitajiet differenti.

Ir-riorganiżazzjoni ta' l-artijiet Rumani minn Awgustu, baqgħet għaddejja sħiħa mingħajr ħafna tibdil sal-wasla ta' l-Imperatur Dijoklezjanu. Dawn ir-riformi li saru fl-aħħar tat-tieni seklu WK, dawru l-Imperu f'tetrarkija. Anki jekk is-sistema ta' Dijoklezjanu ma tantx damet f'postha, din xorta qasmet l-Imperu fi tnejn. Dan il-fatt irnexxielu jsalva l-Imperu Ruman għal mitejn sena oħra, anki jekk maqsum fl-Imperu tal-Lvant u dak tal-Punent. It-tmiem ta' l-Imperu Ruman tal-Punent jinżamm tradizzjonalment fis-sena 476 WK, meta l-barbaru Odovakru neħħa l-aħħar imperatur, u bagħat l-insinja tal-Imperatur tal-Punent lil dak tal-Lvant. Wara elf sena oħra, fl-1453, waqgħet Kostantinopli, u magħha l-aħħar fdalijiet ta' l-Imperu Ruman.

Minħabba l-fatt li l-Imperu Ruman dam għal daqstant żmien, mill-31 QK sa l-1453, kien hemm ammont ta' ismijiet li ntużaw mill-istorjografi biex jiddistingwu bejniet iż-żminijiet; hemm l-Imperu Biżantin, hemm l-Imperu Ruman tal-Punent, u dak tal-Lvant;

L-influwenza ta' l-Imperu Ruman fuq il-gvern, il-liġi, il-militar, u l-arkitettura monumentali, kif ukoll influwenza fuq il-mod ta' għajxien ta' l-Ewropej ta' llum, hi kbira ħafna. Il-Griegi (Biżantini) bdew isejħu lilhom infusom bħala Rumani, ħaġa li għadek issibha f'ċerti nħawi tal-Greċja, probabbilment bħala riżultat ta' l-istatus elevat tagħhom stess fl-Imperu Ruman.

Titli Rumani bdew jittieħdu minn ħafna renjanti Ewropej, bħar-rejiet tar-renju tal-Franki, l-Imperu Ruman Qaddis, l-ewwel u t-tieni Imperi Bulgari, id-dinastiji Russi/ta' Kiev (czar hi korruzzjoni ta' Ċesri), u l-Imperu Ġermaniż (kaiser hi korruzzjoni ta' Ċesri wkoll).

Roman Empire Trajan 117AD
2 ta' Jannar

It-2 ta' Jannar hi t-tieni ġurnata tas-sena fil-kalendarju Gregorjan. Għad baqa' 363 ġurnata għal tmiem is-sena (364 fi snin biżestili).

Belġju

Il-Belġju (Olandiż: België; Franċiż: Belgique; Ġermaniż: Belgien), uffiċjalment ir-Renju tal-Belġju, huwa pajjiż li jinsab fuq il-fruntiera bejn il-parti tal-Ewropa fejn hu mitkellem l-ilsien Ġermaniż u l-kultura rumanza, hu maqsum fi tliet reġjuni. Fit-tramuntana hemm il-Fjandri li l-popolazzjoni tagħhom titkellem bil-lingwa Fjamminga (varjanti tal-Olandiż) u tagħmel madwar 58% tal-popolazzjoni totali u fin-nofsinhar hemm il-Wallonja, kważi għal kollox Frankofona bl-eċċezzjoni ta' komunità żgħira li titkellem bil-Ġermaniż, li tagħmel 32% tal-popolazzjoni nazzjonali totali. Fin-nofs jinsab ir-reġjun tal-belt ta' Brussell, Bruxelles-Capitale, uffiċjalment bilingwi, għalkemm hu kważi għal kollox Frankofon, u fih tgħix 10% tal-popolazzjoni. Barra minn hekk fuq il-fruntiera mal-Ġermanja fil-Wallonja hemm il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż li hi magħmula mill-komuni annessi mal-Ġermanja Nażista fl-1940-1945 u li kienet ċediet il-Ġermanja lill-Belġju fl-1919.

Il-Belġju kien fost il-membri fundaturi tal-Unjoni Ewropea u l-belt kapitali Brussell hi s-sedi ta' bosta istituzzjonijiet komunitarji.

Biżantini

Il-Biżantini hu t-terminu użat konvenzjonalment lejn il-Griegi tal-Imperu Ruman tal-Lvant li kienu jsejħu lilhom infusom Rumani matul il-Medjuevu, imperu mibni fuq il-belt ta' Kostantinopli, qabel Biżanzju, illum Istanbul.

M'hemm l-ebda data speċifika li tgħid meta bdiet l-era Biżantina. Xi wħud jibdewha fil-perijodu ta' Dijoklezjanu (284WK - 305WK) minħabba l-fatt li qasam l-Imperu Ruman fi tnejn, il-pars Orientis u l-pars Occidentis. Oħrajn ipoġġu l-bidu fir-renju ta' Teodożju I (379WK - 395WK) u r-rebħa tal-Kristjaneżmu fuq il-pagani, jew, wara mewtu fl-395WK, bil-qasma totali tal-Imperu. Xi oħrajn ipoġġuha iktar 'il bogħod fl-476WK, meta l-aħħar Imperatur Ruman tal-Punent, Romulu Awgustu, kellu jabdika, biex b'hekk iħalli l-mandat ta' imperatur f'idejn l-Imperatur tal-Lvant. F'kull każ, il-proċess ta' ellenizzazzjoni li kien kontinwu u gradwali, sal-330WK, meta Kostantinu I inawgura l-kapitali l-ġdida, kien ġa beda.

Bolonja

Bolonja hi belt Taljana b’xi 375000 abitant, li qiegħda fil-majjistral tal-pajjiż, bejn ix-xmara Po u l-Apennini. Hi l-kapitali tal-provinċja tal-istess isem u tar-reġjuni tal-Emilia-Romagna u waħda mill-bliet prinċipali tal-Italja.

L-università ta’ Bolonja, li twaqqfet fl-1088, hi l-università l-iżjed antika tal-punent. Minħabba dan tlaqqmet La Dotta (l-għarfa). Il-belt għandha żewġ laqmijiet oħra La Rossa (il-ħamra), minħabba s-soqfa ħomor tat-terrakotta u wkoll minħabba l-politika xellugija tagħha, u La Grassa (il-ħoxna) minħabba l-ikel eċċellenti.

L-abitanti tagħha huma l-Bolonjiżi. Huwa kurjuż li l-platt li jissejjaħ spaghetti Bolognese ma jeżistix fil-kċina Bolonjiża. Kull sena fir-rebbiegħa f’Bolonja ssir fiera magħrufa internazzjonali tal-kotba għat-tfal, La Fiera del Libro per Ragazzi.

Enejide

L-Enejide hija epika Latina miktuba minn Virġilju bl-eżametru dattiliku fl-ewwel seklu QK li tirrakkonta l-istorja leġġendarja ta' Enea, Trojjan li jivvjaġġa sa l-Italja biex minnu jitnissel il-poplu glorjuż tar-Rumani. Tikkonsisti fi tnax-il ktieb u hija magħrufa bħala l-epika nazzjonali ta' l-Imperu Ruman.

Ewro

Ewro huwa l-isem tal-munita Ewropea.

L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' sittax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea:

l-Awstrija

il-Belġju

Ċipru

l-Estonja

il-Finlandja

Franza

il-Ġermanja

il-Greċja

l-Irlanda

l-Italja

il-Latvja

il-Litwanja

il-Lussemburgu

l-Pajjiżi l-Baxxi

Malta

il-Portugall

is-Slovakkja

is-Slovenja

u Spanjali flimkien jissejħu l-ewrożona. L-Estonja se tkun il-pajjiż li jmiss li se jadotta l-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra l-ewrożona iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma:

Andorra

Monako

San Marino

il-Vatikan

u l-Montenegroflimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Gwadalup, Martinique, u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri tal-ewrożona, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea.

Franza

Franza (Franċiż:France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent. Il-belt belt kapitali tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma f'22 régions li huma suddiviżi f' départements.Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-Afrika tal-Punent u l-Asja tal-Lbiċ. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena. Franza hi membru fundatur tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-Ġnus Magħquda, u membru tal-G8 u tan-NATO. Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Għandha Armi Nukleari, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.

Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l Pariġi, Nizza, Nancy, Marsilja, Bordeaux, Lille, Lyon, Toulouse Strasburgu, Rennes u Nantes.

It-Tieni Gwerra Dinjija

It-Tieni Gwerra Dinjija kien kunflitt mondjali li involva l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, b'mod speċjali l-pajjiżi l-iktar avvanzati maqsumin f'żewġ alleanzi militari opposti: L-Alleati u l-Qawwiet tal-Assi. Din il-gwerra involviet il-mobilitazzjoni ta' 'l fuq minn 100 miljun rekluta militari, b'hekk hi meqjusa bħala l-iktar gwerra mifruxa fl-istorja. Fi stat ta' "gwerra totali", il-partiċipanti maġġuri poġġew il-kapaċitajiet ekonomiċi, industrijali, u xjentifiċi għas-servizz ta' isforz belliku, bl-injorar tad-distinzjoni bejn riżorsi militari u dawk ċivili. Iktar minn 70 miljun ruħ, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inqatlu f'dan il-konflitt, li għalhekk jitqies bħala l-iktar imdemmi fl-istorja umana. In-nefqa finanzjarja totali tal-gwerra hi stimata li laħqet triljun dollaru amerikan, b'hekk hi ukoll l-iktar gwerra li swiet flus.

Il-bidu tal-gwerra hu meqjus li hu Settembru 1939 bl-invażjoni tal-Polonja, u d-dikjarazzjoni ta'gwerra fuq il-Ġermanja mir-Renju Unit, Franza u d-Dominji Britanniċi. L-Allejati kienu rebbieħa, bil-Ġermanja ċċedi fit-8 ta' Mejju 1945, u r-rebħa fuq il-Ġappun fit-2 ta' Settembru.

L-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti ħarġu mill-kunflitt bħala ż-żewġ superpotenzi maġġuri. Din is-sitwazzjoni fetħet il-Gwerra l-Bierda, li damet 45 sena. Il-Ġnus Magħquda ġew iffurmati bit-tama li jiġi evitat kunflitt ieħor bħal dan. L-idea ta' determinazzjoni nazzjonali imbuttata mill-gwerra aċċelerat il-moviment ta' dekolonizazzjoni fl-Asja u l-Afrika, filwaqt li fl-Ewropa tal-Punent stess bdiet miexja lejn l-integrazzjoni.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, it-telfa tal-Ġermanja, ffirmata fit-Trattat ta' Versailles imponiet fuq dan il-pajjiż it-telfien ta' parti mdaqqsa mit-territorju, ċaħdet l-annessjoni ta' stati oħra, llimitat id-daqs tal-forzi armati Ġermanizi, u imponiet reparazzjonijiet finanzjarji kbar ħafna. Ir-Rivoluzzjoni Russa tal- 1917 u l-gwerra ċivili li din ikkawżat, wasslu għall-ħolqien tal-Unjoni Sovjetika li malajr ġiet taħt il-ħakma ta' Joseph Stalin. Fl-Italja, Benito Mussolini ħataf il-poter bħala dittatur faxxist bil-wiegħda li joħloq "Imperu Ruman Ġdid". Il-Partit Kuomintang fiċ-Ċina beda Spedizzjoni fit-Tramuntana (1926-1927) bħala programm ta' unifikazzjoni nazzjonali, kontra sinjuri tal-gwerra Ċiniżi tas-snin għoxrin, imma spiċċa mgħarraq fi gwerra ċivili kontra l-ex alleati, il-Partit Komunista Ċiniż. Fl-1931, l-Imperu Ġappuniż, li kien ilu ħafna jipprova jespandi l-influwenza tiegħu fiċ-Ċina, taħt il-kunċett tad-dritt li jaħkem fuq l-Asja, uża l-Inċident ta' Mukden bħala ġustifikazzjoni biex jinvadi l-Manċurja; iż-żewġ nazzjonijiet tqabdu f'bosta kunflitti zgħar sad-Dikjarazzjoni Tanggu li ħabbret il-waqfien tal-gwerra fl-1933.

In-Nazzjonal-Soċjalist Adolf Hitler sar il-mexxej tal-Ġermanja fl- 1933 u fis beda kampanja kbira ta'riarmament. Dan ħasseb lil Franza u r-Renju Unit, li kienu batew ħafna fl-aħħar gwerra, kif ukoll l-Italja, li rat l-ambizzjonijiet territorjali tagħha jiddalmu minħabba dawk tal-Ġermanja. Biex jiżgura l-alleanza, il-Franċiżi ħallew lill-Italja ħielsa fl-operazzjonijiet tagħha fl- Etjopja, li l-Italja xtaqet taħtaf. Din is-sitwazzjoni ġiet aggravata fl-1935 meta s-Saarland ingħaqdet legalment mal-Ġermanja, u Hitler rrinunzja t-Trattat ta' Versailles, għaġġel ir-remilitarizazzjoni u daħħal il-lieva. Bl-isperanza li tinżamm il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza u l-Italja ffurmaw il-Front ta' Stresa. L-Unjoni Sovjetika, mbeżża mill-għanijiet tal-Ġermanja li taħtaf art fil-Lvant tal-Ewropa, kkonkluda trattat ta' assistenza militari ma' Franza.

Qabel jieħu effett, dan il-patt Franco-Sovjetiku kellu jgħaddi mill-burokrazija tal- Lega tan-Nazzjonijiet, li spiċċa jagħmlu bla saħħa. Biex iktar tikkomplika s-sitwazzjoni, f'Ġunju tal-1935, ir-Renju Unit iffirma trattat Navali indipendenti mal-Ġermanja, jħoll ħafna mir-restrizzjonijiet ta' qabel. L-Istati Uniti, minħabba l-ġrajjiet fl-Ewropa u l-Asja, għadda l-Att tan-Newtralità' f'Awissu. F'Ottubru, l-Italja invadiet l-Ewropa, bil-Ġermanja tkun l-uniku pajjiż fl-Ewropa li ma kkundannatx dan l-att. L-Italja allura neħħiet kull objezzjoni tagħha fuq l-għan tal-Ġermanja li tagħmel mill-Awstrija stat-satellita.

Bi vjolazzjoni diretta tat-Trattat ta' Versaille u dak ta' Lokarno, Hitler rremilitarizza r- Rhineland f'Marzu tal- 1936, u hawn bilkem irċieva tweġiba mil-potenzi l-oħra. Meta bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola f'Lulju, Hitler u Mussolini għenu l-fazzjoni faxxista mmexxija minn Ġeneralíssimu Francisco Franco u l-forzi nazzjonalisti tiegħu fil-gwerra ċivili kontra t-Tieni Repubblika Spanjola, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika. Iż-żewġ naħat użaw il-kunflitt biex jisperimentaw armi u metodi ta' gwerra ġodda, bil-forzi nazzjonalisti spanjoli jirbhu fl-1939.

Biż-żieda fit-tensjonijiet, bedw isiru sforzi ta' konsolidazzjoni ta' poter f'bosta pajjiżi. F'Ottubru, l-Ġermanja u l-Italja ffurmaw l-Assi Ruma-Berlin u xahar wara, il-Ġermanja u l-Ġappun, bil-ħsieb li l-Unjoni Sovjetika u l-komuniżmu kien l-ikbar periklu għalihom, iffirmaw il-Patt Anti-Komintern, li l-Italja daħlet fih sena wara. Fiċ-Ċina, il-Kuomintang u l-forzi komunisti, qablu fuq waqfien mil-ġlied biex jippreżentaw front magħqud kontra l-forzi ġappuniżi.

Malta

Malta, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika ta' Malta, hija repubblika konstituzzjonali żviluppata Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż ikkonsisti minn arċipelagu ta' seba' gżejjer li jinsabu fil-Baħar Mediterran, fl-Ewropa t'Isfel, 93 km mill-kosta ta' Sqallija (l-Italja), 288 km fil-Lvant tat-Tuneżija u 300 km fit-Tramuntana tal-Libja. Dawn il-gżejjer igawdu minn klima Mediterranja.Matul l-istorja, il-pożizzjoni ta' Malta fil-Baħar Mediterran kellha sinjifikat strateġiku. Minħabba dan il-fattur, numru ta' qawwiet fosthom il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab, l-Isqallin, il-Kavallieri ta' San Ġwann u l-Ingliżi lkoll ħakmu lil Malta. Malta kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1964 u għaxar snin wara, fl-1974, saret Repubblika però xorta baqgħet membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. Attwalment hi membru tal-Unjoni Ewropea, wara s-sħubija fl-2004, u wkoll tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Lingwa Maltija hija l-unika lingwa Semitika li hija lingwa formali tal-Unjoni Ewropea.

Malta hi magħrufa għas-siti ta' patrimonju tal-umanità, bl-aktar prominenti jkunu t-tempji megalitiċi li huma fost l-aktar siti qodma li għadhom weqfin fid-Dinja, kif ukol il-Fortifiikazzjonijiet tal-Ordni ta' San Gwann u Brittanici. Skont il-ktieb mill-Bibbja tal-Atti tal-Appostli, San Pawl innawfraga fuq din il-gżira. Komunita storkia Lhudija ghada tinsab f'Malta minn-zmien l-Imperu Ruman.

Il-belt kapitali ta' Malta hi l-Belt Valletta. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż huma l-Malti u l-Ingiż, fejn dan tal-aħħar ħa post it-Taljan fl-1935. Malta għandha konnessjoni qawwija mal-Kattoliċiżmu Ruman, li tkompli tkun bħala r-reliġjon uffiċjali u l-aktar waħda prattikata f'Malta.

Medjuevu

Fl-istorja tal-Ewropa, il-Medjuevu (jew il-perjodu medjevali) dam mill-5 sal-15 seklu. Dan beda bil-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent u transita fir-Rinaxximent u l-Età ta 'Skoperta. Il-Medjuevu huwa l-perjodu tan-nofs tat-tliet diviżjonijiet tradizzjonali tal-istorja tal-Punent: l-antikità klassika, il-perjodu medjevali, u l-perjodu modern.

Pariġi

Pariġi (Franċiż: paʁi ) hija l-belt kapitali ta' Franza. Il-belt tinsab fuq ix-xmara Seine, fit-tramuntana tal-pajjiż, kif ukoll tinsab fir-reġjun Île-de-France, li hu magħruf ukoll bħala région parisienne, "Reġjun Pariġin". Il-Belt ta' Pariġi għanda żona ta' 105 km² u popolazzjoni ta' 2,241,346 ruħ (stima tal-2014) ġewwa l-fruntieri amministrattivi tagħha li huma essenzjalment kif kienu fl-1860. Mis-seklu 19, iż-żona mibnija ta' Pariġi kibret aktar lilhinn mill-fruntieri amministrattivi tagħha: flimkien mas-subborgi tagħha, iż-żona metropolitana ta' Pariġi għandha popolazzjoni ta' 12,341,418 ruħ (ċensiment tal-2012), jew 18.9% tal-popolazzjoni ta' Franza. Ir-reġjun amministrattiv ta' Pariġi jkopri 12,012 km² (4,638 mi²), bil-kunsill reġjonali tiegħu stess u l-president.

Pariġi twaqqfet fis-seklu 3 QK minn xi nies ċeltiċi imsejħa il-Parisii, li taw l-isem lil belt. Mis-seklu 12, Pariġi kienet l-akbar belt fl-dinja tal-Punent, b'ċentru kummerċjali prosperu, u d-domiċilju tal-Università ta' Pariġi, waħda mill-ewwel fl-Ewropa. Fis-seklu 18, kienet l-istadju taċ-ċentru għar-Rivoluzzjoni Franċiża, u saret ċentru importanti ta' finanzi, kummerċ, moda, xjenza, u arti, pożizzjoni li xorta baqgħat sal-llum.

Ir-Reġjun ta' Pariġi għandu PGD ta' €624 biljun fl-2012, li jammonta għal 30 fil-mija tal-PGD ta' Franza, u jiġi klassifikat bħala wieħed mill-ħames reġjuni għonja fl-Ewropa; huwa l-bankarju u ċ-ċentru finanzjarju ta' Franza, u fih l-kwartieri ġenerali ta' 29 minn 31 kumpanija fi Franza kklassifikati fil-Fortune Global 500 tal-2015.

Pariġi hija l-belt tal-mużew tal-arti li hija l-aktar viżitata fid-dinja , il-Louvre, kif ukoll il-Musée d'Orsay, innotat għall-ġbir ta' arti impressjonisti Franċiżi, u l-Musée National d'Art Moderne, mużew ta' arti moderni u kontemporanji. Il-postijiet familjari arkitettorali notevoli ta' Pariġi jinkludu Katidral Notre Dame (seklu 12); is-Sainte-Chapelle (seklu 13); it-Torri Eiffel (1889); il-Bażilika tas-Sacré-Cœur ġewwa Montmartre (1914). Fl-2014 Pariġi rċeviet 22.4 miljun viżitatur, biex b'hekk il-belt hija waħda mill-awqa destinazzjoni turistika fid-dinja. Pariġi hija wkoll magħrufa għall-moda tagħha. Ħafna mill-universitajiet ewlenin ta' Franza u l-grandes écoles jinsabu f'Pariġi, hekk kif il-gazzetti ewlenin ta' Franza, li jinkludu Le Monde, Le Figaro u Libération.

Pariġi hija post tal-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain u l-klabb tar-ragbi Stade Français. L-istadium li jesa' 80,000, Stade de France, li kien inbena ghat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-1998, huwa allokat fit-tramuntana ta' Pariġi fil-komun ta' Saint-Denis. Pariġi ospitat kampjonat annwali tat-tennis French Open fuq it-tafal aħmar ta' Roland Garros. Pariġi ospitat ukoll l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1900 u kif ukoll tal-1924, żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-1938 u tal-1998, u t-Tazza Tad-Dinja tar-Ragbi tal-2007.

Pariġi hija moqdija b'żewġ ajruporti internazzjonali li huma Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly. Infetħet fl-1900, is-sistema sotterranja tal-belt, il-Paris Métro, iservi 4.5 miljun passiġġier kuljum. Pariġi hija ċ-ċentru tan-netwerk nazzjonali tat-toroq, u hija mdawra minn tliet toroq orbitali: il-Périphérique, l-awtostrada tal-A86, u l-awtostrada Francilienne fis-subborgi ta' barra.

Ruma

Ruma (Taljan:Roma roːma ) hija belt u komun speċjali (imsemmi Roma Capitale) fl-Italja. Ruma hija l-belt kapitali tal-Italja u tar-reġjun Lazjo. B'2.9 miljun reżident f'1,285 km2 (496.1 mi kw), hija l-aktar belt popolata tal-pajjiż u r-raba' l-aktar popolata fl-Unjoni Ewropea mill-popolazzjoni ġewwa l-konfini tal-belt. Il-Belt Metropolitana ta' Ruma għandha popolazzjoni ta' 4.3 miljun ruħ. Il-belt tinsab fil-parti ċentrali tal-punent tal-Peniżola Taljana, tul ix-xtut tax-xmara Tevere. Il-Belt tal-Vatikan hija pajjiż indipendenti ġewwa l-konfini tal-belt ta' Ruma, l-uniku eżempju eżistenti ta' pajjiż ġewwa belt: għal din ir-raġuni, Ruma tiġi spiss definita bħala l-kapitali taż-żewġ stati.L-Istorja ta' Ruma tmur lura għal aktar minn elfejn sena. Filwaqt li l-mitoloġija Rumana tgħid li Ruma twaqqfet madwar is-sena 753 QK, il-post ilu abitat minn ħafna qabel, u għalhekk il-belt hija waħda mill-eqdem siti kontinwament okkupati fl-Ewropa. Il-Popolazzjoni bikrija tal-belt oriġinat minn taħlita ta' Latini, Etruskani u Sabini. Wara, il-belt suċċessivament saret il-kapitali tar-Renju Ruman, tar-Repubblika Rumana u tal-Imperu Ruman, u hija meqjusa bħala waħda mill-postijiet tat-twelid taċ-ċiviltà tal-Punent u minn xi nies l-ewwel metropoli li qatt kien hemm. Hija magħrufa bħala "Roma Aeterna" (Il-Belt Eterna) u "Caput Mundi" (Kapitali tad-Dinja), żewġ kunċetti ċentrali fil-kultura antika Rumana.

Wara l-waqgħa tal-Imperu tal-Punent, li mmarka l-bidu tal-Medjuevu, Ruma bdiet taqa' bilmod taħt il-kontroll politiku tal-Papat, li kien stabbilit fil-belt mill-ewwel seklu AD sas-seklu 8, meta sar il-belt kapitali tal-Istati Papali, li damu sal-1870.

Mir-Rinaxximent, kważi l-Papiet kollha ta' wara Nikola V (1422–55), għal erba' mitt sena segwew b'mod koerenti programm arkitettoniku u urbanistiku li għamlu l-belt ċentru artistiku u kulturali dinji. Minħabba dan, Ruma saret l-ewwel waħda miċ-ċentri maġġuri ewlenin tar-Rinaxximent Taljan, u wara, saret il-post tal-ħolqien tal-istil Barokk u tan-neoklassiċiżmu. Artisti famużi, pitturi, skulturi u periti, għamlu Ruma ċ-ċentru tal-attività tagħhom, waqt li ħolqu kapolavuri madwar il-belt. Fl-1871, Ruma saret il-kapitali tar-Renju tal-Italja, u fl-1946, tar-Repubblika Taljana.

Ruma għandha l-istatus ta' belt globali. Fl-2014, Ruma ġiet klassifikata l-erbatax l-aktar belt miżjura fid-dinja, it-tielet l-aktar fl-Unjoni Ewropea, u l-aktar attrazzjoni turistika popolari fl-Italja. Iċ-ċentru storiku tal-belt huwa elenkat mill-UNESCO bħala Sit ta' Wirt Dinji. Il-monumenti u l-mużewijiet bħall-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kolossew, huma fost l-aktar destinazzjonijiet li jżuruhom nies turistiċi fid-dinja, iż-żewġ postijiet jirċievu miljuni ta' turisti kull sena. Ruma ospitat l-Olimpjadi tas-sajf 1960 u s-sede tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura.

San Marino

Ir-Repubblika l-Iktar Serena ta' San Marino ( /ˌsæn məˈriːnoʊ/ ; bit-Taljan: Serenissima Repubblica di San Marino) hu pajjiż fil-Muntanji Apennini. Dan il-pajjiż m'għandu l-ebda żbokk ta' baħar hekk kif jinsab totalment interkjuż mill-Italja. Bħala wieħed mill-mikrostati Ewropej, San Marino għandu l-iżgħar popolazzjoni mill-membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa.

San Marino hu l-eqdem stat sovran u repubblika kostituzzjonali fid-dinja, bil-fondazzjoni tiegħu tmur lura lejn it-3 ta' Settembru tas-sena 301 grazzi għan-naġġar Marinu minn Rab, li kienet kolonja Rumana, li mar l-Italja fis-sena 257 WK meta l-Imperatur Dijoklezjanu ħareġ digriet li kien jgħid li kellhom jerġgħu jinbnew is-swar tal-belt ta' Rimini li kienu ġew imwaqqa' mill-pirati Liburni.Il-Kostituzzjoni ta' San Marino, li daħlet fis-seħħ fl-1600, hi l-eqdem kostituzzjoni fid-dinja u li għadha fis-seħħ.

Spanja

Spanja (bl-Ispanjol: España), uffiċjalment Renju ta' Spanja (bl-Ispanjol Reino de España), hija stat demokratiku, membru tal-Unjoni Ewropea (mill-1 ta' Jannar 1986) u tan-NATO (mill-1982). Hi organizzata taħt forma ta' monarkija parlamentari. Qiegħda fl-Ewropa tal-Lbiċċ, u flimkien mal-Portugall, Andorra u Ġibiltà, tifforma il-Peniżola Iberika. Fix-Xlokk għandha fruntiera ma' Franza (li hi separata minnha bil-katina tal-Pirenej) u Andorra, u fin-naħa t'isfel għandha l-Baħar Mediterran u Ġibiltà (biċċa art żgħira tar-Renju Unit). Fil-kontinent Afrikan, għandha il-bliet awtonomi Ceuta u Melilla fil-Marokk. Għandha xi nuqqas ta' qbil mal-Portugall fuq il-belt ta' Olivenza u l-Gżejjer Salvaġġi, li qegħdin bejn Madeira u l-Canarias, mar-Renju Unit fuq Ġibiltà, u mal-Marokk fuq Ceuta u Melilla. Spanja, b'kondominju ma' Franza għandha l-belt ta' Llívia, imsejħa l-Gżira tal-Paguni fix-xmara Bidasoa.

Spanja għandha erja ta' 504,645 km², 46,468,102 abitant (informazzzjoni tal-2016) u tokkupa 'l fuq minn 85% tat-territorju tal-peniżola Iberika. Mill-1561, barra xi perjodu qasir bejn l-1601 u l-1606, il-belt kapitali hi Madrid, li b'iżjed minn 3 miljun abitant (madwar 6 miljuni fl-erja metropolitana) hi wkoll il-belt bl-ikbar popolazzjoni. Il-lingwa uffiċjali tal-istat hu l-Kastiljan, is-soltu msejjaħ Spanjol. Jitkelmu wkoll bil-Katalan, il-Galizjan u l-Bask li jgawdu status ta' ko-ufficjalità, garantit mill-Kostituzzjoni Spanjola, fit-territorji rispettivi fejn huma mitkellma. Fl-istess ħin il-Leoniża, l-Aragoniż u l-Araniż, djalett tal-Oċċitan f'León, Aragona u Katalonja, igawdu ko-uffiċjalità mal-Kastiljan u, fil-każ tal-Araniż, anki mal-Katalan. Il-lingwi l-oħra li jitkellmu fil-pajjiż mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment.

Sqallija

Sqallija (Sicilia) hija l-ikbar gżira fil-Baħar Mediterran, flimkien mal-gżejjer minuri tal-madwar. Din il-gżira hija awtonoma però tifforma parti mill-peniżola Taljana, allura nistgħu ngħidu li tista' titqies bħala wieħed mir-reġjuni tal-Italja minkejja l-fatt li hija gżira b'kultura kemxejn differenti. Sqallija tinsab fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran, il-gżira testendi mill-ponta tal-peniżola ta' Apennini, li hija separata biss mit-triq id-dejqa li taqsam il-lokalità ta' Messina, u tibqa' sejra lejn il-kosta tat-tramuntana tal- kontinent Afrikan.

L-iktar aspett monumentali ta' dan il-pajjiż huwa mingħajr ebda dubju, il-vulkan tal-Etna, li huwa 3,320 metru 'l fuq mil-livell tal-art, vulkan grandjuż li jġorr it-titlu bħala l-iktar vulkan attiv fl-Ewropa u fid-dinja. Il-gżira tipposjedi klima tipikament Mediterranja. L-eqdem evidenza arkeoloġika ta' abitazzjoni umana tmur lura għat-8,000 sena QK. Madwar is-sena 750 QK, Sqallija saret kolonja Griega u hija fruntiera li rat bosta battalji storiċi, hawnhekk qiegħed nirreferi direttament għall-gwerer Griegi-Puniċi u Rumani-Puniċi li ġew miġġielda tul medda ta' 600 sena. Il-vittorja ta' dawn il-gwerer Puniċi kienet tar-Rumani, rebħa li wasslet għad-distruzzjoni tal-belt ta' Kartaġni. Wara l-waqgħa tal-imperu Ruman fil-ħamest seklu wara kristu, Sqallija ġiet maħkuma minn bosta ġnus barranin, u matul il-medju-evu din il-gżira ġiet maħkuma mill-Vandali,mill-Ostrogoti,mill-Biżantini, mill-Għarab u fl-aħħar mill-aħħar min-Normanni.

Iktar 'il quddiem ġie fformat, dak li beda jissejjaħ ir-renju ta' Sqallija, li dam bejn l-1130 u l-1816. Dan issubordina l-kuruni ta' Aragona, ta' Spanja, tal-imperu Ruman sakemm fl-aħħar ingħaqdu taħt il-Burboni ma' Napli bħala r-renju taż-żewġ Sqallijiet. Flimkien ma' espedizzjoni ta' elf ruħ, Giuseppe Garibaldi ddirieġa r-rivolta matul il-proċess tal-unifikazzjoni Taljana, u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill-Italja, proprju fl-1860 eżattament wara li ġie żvelat ir-riżultat tar-referendum. Wara t-twelid tar-Repubblika Taljana fl-1946, Sqallija ngħatat l-istatus speċjali bħala reġjun awtonomu. Sqallija għandha kultura unika u rikka, speċjalment f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, mal-mużika, mal-letteratura, mal-kċina u mal-arkitettura. Sqallija tagħti importanza lis-siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi, ngħidu aħna bħan-Nekropoli ta' Pantalica, il-wied tat-tempji u Selinunte.

Storja ta' Malta

Malta ilha abitata minn madwar 5200 QK u din iċ-ċiviltà preistorika baqgħet teżisti fil-gżejjer. Fiż-żminijiet bikrin, f'Malta kienu jgħixu diversi komunitajiet. Dan iż-żmien hu msejjaħ preistoriku minħabba li ma kien nkiteb xejn fih u għalhekk m'għandna l-ebda prova miktuba ta' dan il-perjodu. Hawnhekk naraw kif fl-iżvilupp tal-lingwa, it-taħdit jiġi qabel il-kitba, kif jiġi fil-ħajja ta' kull bniedem.

Meta ġew il-Feniċi semmew lill-gżira prinċipali Malat, li jfisser irmiġġ sikur. L-alfabett tal-Feniċi xtered malajr u n-nies bdew jitkellmu bil-Feniċju u iktar tard bil-Puniku.

Il-Gżejjer Maltin wara waqgħu taħt il-kontroll tal-Kartaġiniżi fl-400 QK u wara l-Gżejjer saru parti mill-Imperu Ruman, 218 QK.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Ir-Rumani kienu jużaw il-Latin u l-Grieg biex jikkomunikaw filwaqt li n-nies Maltin kienu jużaw il-Puniku u għalhekk il-Maltin kienu msejħa 'barbari', jigifieri nies li ma jitkellmux bil-Grieg.

Dawn tal-aħħar ġew megħluba minn forza ta' Għarab fis-sena 870. L-Għarab influwenżaw il-lingwa tal-pajjiż, il-Malti, u dan l-element semitiku għadu ħaj sal-ġurnata tal-lum fl-ilsien tal-poplu. L-Għarab xerrdu it-twemmin Islamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura. L-Għarab għexu u tħalltu mal-Maltin għal mitejn sena, mill-1049 sal-1249. F'dan iż-żmien kien hawn Maltin li żżewġu lill-Għarab u anke qelbu r-reliġjon.

Fl-1091, in-Normanni ħadu l-Gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom, u anki jekk l-influwenza Għarbija baqgħet f'Malta sa ma dawn tkeċċew għal kollox, nistgħu ngħidu li Malta bdiet issir iktar u iktar Ewropea u reġgħet twaqqfet mill-ġdid ir-reliġjon Kattolika fil-Gżejjer. Dawn kienu jitkellmu bil-Latin jew bl-Isqalli. Kien f'dan iż-żmien li l-Malti beda jinqata' mill-Għarbi Klassiku u jitħallat mal-Isqalli. F'dawn iż-żminijiet, nistgħu ngħidu li hawnhekk twieled l-ilsien Malti, jew il-Malti Bikri. Wara xi żminijiet il-Maltin saru parti mill-Imperu Spanjol.

Fl-1530, il-Gżejjer ingħataw lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann. L-Ordni kien jitkellmu bit-Taljan. Dawn in-nies tħalltu mal-Maltin fil-postijiet tax-xogħol u anke biż-żwiġijiet. B'hekk l-ilsien Malti għadda minn fażi oħra għax beda jitħallat mat-Taljan. Mela l-element Rumanz wassal għall-formazzjoni tal-Malti Nofsani.

Qabel mal-Kavallieri aċċettaw, dawn waqqfu kummissjoni biex jaraw l-istat tal-pajjiż. Sabu art niexfa, b'poplu mferrex madwar il-gżejjer kollha u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: l-Imdina, bis-swar tagħha, u l-Birgu bil-Castrum Maris illum il-Fortizza ta' Sant'Anġlu. Il-Kavallieri għażlu jaċċettaw il-proposta tal-Imperatur Karlu V, u ddeċidew li joqogħdu fil-Birgu, peress li din il-lokalità kienet mal-baħar u kellha wkoll port eċċezzjonali; żewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijin għal ħajja ta' kursara Kattoliċi. Wara dan, l-Ordni beda jsaħħaħ il-Birgu bi swar, u ġie deċiz li jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-Fortizza ta' San Mikiel, kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-Fortizza ta' Sant'Iermu.

Tkun illużjoni, imma, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-Ordni Malta tbiddlet f'fortizza felħana: l-attakki tal-furbani misilmin żdiedu, u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal Għawdex u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għad li falla minħabba s-saħħa li bdiet tiżdiet tal-Ordni.

Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ L-Assedju L-Kbir, li beda fit-18 ta' Mejju tal-1565, fejn Malta spiċċat tiġġieled mal-forza kbira tal-Imperu Ottoman. Fit-8 ta' Settembru 1565, ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-Ottomani, wara iktar minn tliet xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, l-hekk imsejjaħ Gran Soccorso, li waslithom għat-telfa tagħhom, fil-jum li baqa' mfakkar mal-Maltin bħala Jum il-Vitorja

Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta, u dawn baqgħu sal-lum jissejħu "Kavallieri ta' Malta". Wara din ir-rebħa bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew kapitali ġdida, il-Belt Valletta u għollew l-istandard tal-għajxien tal-poplu inġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta Napuljun rebaħ il-Gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew l-Imblokk, grazzi għal għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-Gżejjer bħala protettorat fl-1800 u ħatru lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerer Napoleoniċi.

Dan it-tir ma tantx dam: fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta uffiċjalment saret parti mill-Imperu Britanniku u kienet tintuża bħala stazzjon, bażi navali u s-sede uffiċjali tal-Flotta Navali Mediterranja Ingliża, sakemm din ittieħdet f'Lixandra fl-Eġittu minħabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.

Malta żvolġiet rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet qrib ħafna r-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-Tieni Assedju tagħha meta din saret wiehed mill-iktar postijiet bumbardati tad-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani.

Wara din il-Gwerra, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'Commonwealth' bil-Kap tal-Istat tibqa' r-Reġina Eliżabetta II bħala Reġina ta' Malta, u wara saret repubblika fl-1974 bi President. F'referendum li sar f'April 2003, il-votanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 Mejju, 2004.

Ġermanja

Il-Ġermanja ( ˈdʒɜrməni ; Ġermaniż:Deutschland), uffiċjalment ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Ġermaniż:Bundesrepublik Deutschland), repubblika kostituzzjonali federali fl-Ewropa tal-punent-ċentrali. Il-pajjiż jikkonsisti f'16-il stat, u l-belt kapitali u l-akbar belt hija Berlin. Il-Ġermanja tkopri erja ta' 357,021 kilometru kwadru (137,847 mi kw) u għandha klima moderata staġjonali ħafna. Bi 80.3 miljun abitant, hija l-istat membru l-aktar popolat fl-Unjoni Ewropea. Il-Ġermanja hija l-qawwa kbira fl-ekonomika u l-politika tal-kontinent Ewropew u mexxej storiku f'ħafna oqsma teoretiċi u tekniċi.

Ġesù

Ġesù, jew Ġesù ta' Nazaret, magħruf ukoll bħala Ġesù Kristu, huwa l-figura ċentrali tal-Kristjaneżmu, kemm bħala l-Messija kif ukoll l-inkarnazzjoni ta' Alla.

L-isem "Ġesù" hu bbażat fuq il-Latin Iesus, traslitterazzjoni tal-Grieg Ἰησοῦς (Iēsoûs), li hi stess ellenizzazzjoni tal-Aramajk/Lhudi ישוע (Jexuwa' ) li hi stess modifikazzjoni ta' wara l-eżilju tal-Lhudi יְהוֹשֻׁעַ (Jeħoxuwa' , Ġożwè) taħt l-influwenza tal-Aramajk.Kristu hi traduzzjoni bil-Grieg tal-kelma Lhudija “Messija”, kelma li tfisser “midluk”. Il-kelma saret l-isem proprju ta’ Ġesù għax għal dawk li emmnu fih Kristu temm it-tama messjanika ta’ Israel bil-missjoni tiegħu ta’ qassis, profeta u sultan.

Ġesù kien predikatur Lhudi, attiv fl-aħħar tliet snin ta' ħajtu fil-provinċja Rumana tal-Lhudija.

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.