Ideoloġija

Ideoloġija

Etimoloġija

Il-kelma ideoloġija wettqet l-introduzzjoni tagħha fil-lingwa Maltija permezz ta' l-influss ta' vokabolarju Taljan fl-istess lingwa. Di fatti però l-kelma ideoloġija mhix oriġinarjament Taljana iżda ġiet introdotta mill-filosofu Franċiż Destutt de Tracy (1754-1836) li uża l-kelma idéologie, li jerġa' hija komposta minn verżjoni Franċiża tal-Grieg idea u s-suffiss Grieg logia. B'hekk ikollna l-kelma effettivament Griega ideologia li hawnhekk hija miktuba bi skritt Latin.

Sinifikat

Ġeneralment ideoloġija tirreferi għal sistema konċettwali ta' ideat, suppost internament koerenti, li jispjegaw fost l-oħrajn il-prinċipji u l-pedamenti fil-kuntest ta' ideat u jwasslu għall-miri definiti jekk applikati korrettament. L-ideoloġija, in teorija, tispeċifika l-miri u tispira l-mezzi. Tagħti wkoll limiti ta' azzjoni b'mod ġenerali u għal kwistjonijiet partikolari, u bażikament isservi biex tiggwida l-operat ta' min iħaddanha.

Spiss, ideoloġija u ideoloġija politika huma ikkunsidrati sinonimi, iżda anke jekk bħala drawwa meta ngħidu ideoloġija nassoċjawha direttament mal-politika, jista' ikun hemm ideoloġiji mhux politiċi u anke ideoloġiji li mhux komplessi.

Konklużjoni

L-ideoloġija hija għodda teoretika utli sabiex wieħed jagħraf jikklassifika ħsieb minn ieħor u speċjalment gruppi ta' ideat assoċjati ma' xulxin f'ideoloġija. Għaldaqstant, l-ideoloġija hija għodda klassifikatorja f'sens passiv iżda kapaċi tkun mezz ta' kif jittrawmu ideat ġodda u ideoloġiji ġodda.

Spiss min jgħid li jħaddan ideoloġija, ma jagħmilx dan b'mod ortodoss u puritan u dan joħloq kunflitti meta mhux biss wieħed iħaddan ideoloġija iżda meta jabbina magħha tikketta li kapaċi ma tapplikax għal ċertu ideat imħaddnin.

Ħafna wkoll iħaddna ideoloġija u lanqas ikunu jafu biha għax ma jkunux ħasbu b'mod strutturali, xjentifiku u għaldaqstant klassifikatorju fil-konfront tal-ħsieb tagħhom.

L-ideoloġiji huma rifless u anke fonti tal-ħsieb ta' kull wieħed minnha, anke dawk li m'għandhomx jew ma jridux ideoloġija.

Adolf Hitler

Adolf Hitler (20 t'April, 1889 - 30 t'April, 1945) kien politiku Ġermaniż, imwieled l-Awstrija, dittatur tal-Ġermanja Nażista u kap tal-Partit Nażista jew il-Partit Nazzjonali Soċjalista Ġermaniż tal-Ħaddiema -(Ġermaniż: Nationalsozialistische Deutsche Arbeiterpartei, abbrevjata NSDAP),.

Hitler ħa sehem bħala suldat fl-Ewwel Gwerra Dinjija u ngħata unur għall-kuraġġ. Hitler ingħaqad mal-partit li kien il-prekursur tal-Partit Nażista, id-DAP fl-1919 u sar kap tal-NSDAP fl-1921. Attentat ta' kolp ta' stat imsejjaħ il-Putsch tal-ħanut tal-birra falla fi Munich fl-1923, u Hitler spiċċa l-ħabs. Hemm kiteb il-ktieb, Mein Kampf. Kif ħareġ irnexxielu jiġbed in-nies warajh, billi pprietka n-nazzjonaliżmu Ġermaniż, l-anti-semitiżmu, l-anti-kapitaliżmu, u l-anti-komuniżmu, b'oratorija kariżmatika u bil-propaganda. Wara l-elezzjoni tal-1933, inħatar Kanċillier u malajr trasforma r-Repubblika Weimar fit-Tielet Reich, dittatorjat ta' partit wieħed mibni fuq l-ideali totalitarji u awtokratiċi tal-Partit Nazzjonali Soċjalista.

Mill-1934 Hitler sar il-Kap tal-Istat. Hitler immilitarizza l-ekonomija u s-soċjetà Ġermaniża. Il-programm ta' xogħlijiet pubbliċi, ħafna minnhom li kienu diġa nbdew taħt ir-Repubblika ta' Weimar, qatgħu perjodu ta' qagħad li għaddiet minnha il-Ġermanja wara l-Ewwel Gwerra Dinjija ikkawżati minn riċessjoni ġenerali fl-Ewropa wara l-Ewwel Gwerra Dinjija u minn kundizzjonijiet iebsa imposti fuq il-Ġermanja fit-trattat ta' Versailles. Il-gvern ta' Hitler kien għoddu ħakem l-Ewropa kollha, huwa responsabbli tad-deportazzjoni u l-qtil ta' miljuni ta' nies li ġew iddikjarati mhux mixtieqa mill-gvern Nażista; dan huwa magħruf bħala l-Olokawst. Adolf Hitler ikkommetta suwiċidju fl-1945, f'Berlin; hemm min jgħid li Hitler uża pistola filwaqt li oħrajn isostnu li ntuża l-velenu.

Antropoloġija

L-Antropoloġija (mill-kelma Grieka: ἄνθρωπος, antropos, "bniedem"; u λόγος, logos, "taħdit" litt. li titkellem dwar il-bnedmin) hija l-istudju ta' l-umanità. L-antropoloġija tnisslet mix-xjenzi naturali, l-istudji umanistiċi, u x-xjenzi soċjali. Dan it-terminu ġie użat l-ewwel darba minn François Péron meta iddiskuta l-inkontri tiegħu ma' l- Aboriġini ta' Tasmania. L-Antropoloġija hija l-istudju tal-karatteristiċi fiżiċi, soċjali u kulturali ta' l-umanità. L-Etnografija tirreferi kemm għal waħda mill-metodi ewlenin ta' l-antropoloġija u kemm għat-test li jinkiteb bħala riżultat tal-prattika ta' l-antopoloġija u l-elementi tagħha.

Minn żmien ix-xogħol ta' Franz Boas u Bronisław Malinowski fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, l-antropoloġija bdiet tiddistingwixxi ruħha minn xjenzi soċjali oħra minħabba l-enfażi fuq l-eżaminazzjoni fil-fond tal-kuntest, ipparagunar bejn kulturi differenti, u l-importanza li tefgħat fuq l-osservazzjoni parteċipattiva, jew immersjoni esperementali, fit-tul fiż-żona tar-riċerka. L-antropoloġija, partikolarment dik kulturali, enfasizzat ir-relattivita kulturali u l-użu ta' sejbiet mir-riċerka biex issir kritika kulturali. Din kienet partikolarment prominenti fl-Istati Uniti, mill-argumenti ta' Boas kontra l-ideoloġija razzjali tas-seklu 19, għall-ġlieda ta' Margaret Mead għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liberazzjoni sesswali, sal-ktirika kurrenti ta' l-oppressjoni post-kolonjali u l-promozzjoni tal-multikulturaliżmu.

Enrico Mizzi

Enrico Mizzi, magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi (Valletta, 20 ta' Settembru, 1885 – Valletta, 20 ta' Diċembru, 1950) kien politiku Malti li għal ftit serva bħala Prim Ministru ta' Malta. Hu jibqa' l-uniku Prim Ministru li miet fil-kariga, fl-età ta' 65 sena. Kien ukoll l-inqas wieħed li dam Prim Ministru, tliet xhur biss. Kien Kap tal-Partito Democratico Nazionalista l-ewwel u tal-Partito Nazionalista (il-Partit Nazzjonalista tal-lum il-ġurnata) sa mewtu.

FC Barcelona

Futbol Club Barcelona, magħruf ukoll bħala sempliċement Barcelona u xi drabi Barça, huwa klabb tal-futbol professjonali Spanjol, ibbażat ġewwa l-belt ta' Barċellona, fi Spanja. Huma jilgħabu fl-ogħla diviżjoni Spanjola, La Liga, u flimkien ma' Athletic Bilbao u r-rivali Real Madrid huma l-uniċi li qatt ma ġew irregalati

Mill-fondazzjoni tal-klabb fis-sena 1899 minn grupp ta' plejers Żvizzeri u Brittaniċi mmexxija minn Joan Gamper, il-klabb sar simbolu tal-kultura Katalana, għalhekk il-motto huwa "Més que un club" (Aktar minn klabb). L-innu uffiċjali ta' Barcelona huwa "Cant del Barça" miktub minn Jaume Picas u Josep Maria Espinàs. Huwa hu t-tieni l-aktar klabb sinjur fid-dinja tal-futbol f'termini ta' dħul, b'fatturat annwali ta' €398 miljun. Il-klabb għandu rivalità twila u qalila ma' Real Madrid; il-logħbiet bejn iż-żewġ timijiet huma magħrufin bħala "El Clásico".

Bħalissa huma ċ-ċampjins attwali tal-Copa del Rey u għandhom 21 titlu tal-La Liga, 26 tal-Copa del Rey, 10 tal-Supercopa de España, 3 Copa Eva Duarte u żewġ trofej tal-Copa de la Liga, kif ukoll bħala d-detentur tar-rekord għall-aħħar 4 kompetizzjonijiet. Fit-titoli internazzjonali uffiċjali Barcelona rebħu 4 titli tal-UEFA Champions League, rekord ta' 4 titli tat-Tazza tat-Tazez Ewropej, 4 titli tal-UEFA Super Cup, u 3 titli tal-Inter-Cities Fairs Cup u rekord ta' 2 trofej tal-FIFA Club World Cup.Barcelona huwa l-uniku klabb Ewropew li lagħab futbol kontinentali kull staġun mill-1955, u wieħed mit-tliet klabbs li qatt ma ġew relegati minn La Liga, ma Athletic Bilbao u Real Madrid. Fl-2009, Barcelona sar l-ewwel klabb Spanjol li rebaħ it-Tripletta li tikkonsisti La Liga, Copa del Rey, u Champions League. Dik l-istess sena, sar ukoll l-ewwel klabb tal-futbol li rebaħ sitt kompetizzjonijiet minn sitta f'sena waħda, u b'hekk ikkompletew it-tripletta dobbja li tinkludi s-Super Cup Spanjola, UEFA Super Cup u l-FIFA Club World Cup.

Kunflitt Iżraeli-Palestinjan

Il-Konflitt Iżraeli Palestinjan fil-Lvant Nofsani jaf il-bidu tiegħu fis-Sena 70 Wara Kristu, meta l-Lhud tkeċċew minn arthom mill-kolonizzaturi tagħhom ta’ dak iż-żmien, ir-Rumani. Ir-Rumani keċċew lil-Lhud għax tal-aħħar kienu l-iktar poplu maħkum li taw inkwiet lill-ħakkiema tagħhom. Dan wassal biex il-Lhud baqgħu bla stat għal mijiet ta’ snin. Din is-sitwazzjoni damet għaddejja sat-Tieni Gwerra Dinjija.

Lenin

Vladimir Ilyich Ulyanov magħruf bħala Lenin (Simbirsk, Russja, 10 ta' April 1870 – Gorki Leninskie, Russja, 21 ta' Jannar 1924) kien rivoluzzjonarju u politiku Russu. Kien Prim Ministru tar-Repubblica Russa bejn l-1917 u l-1918, u tar-Repubblica Soċjalista Federativa Sovjetika Russa sal-1922 u tal-Unjoni Sovjetika sal-1924. Taħtu r-Russja saret Stat Soċjalista b'partit wieħed dak Komunista Sovjetiku.

Lingwa Leoniża

Il-lingwa Leoniża (Llionés bil-Leoniż) hi lingwa Romanza li hi mitkelma fl'Leon, Zamora, Bregancja.

Hemm b'kollox madwar 25.000 ruħ li jitkellmu bil-Lingwa Leoniża (Llengua Llionesa).Hawn taħt hawn xi eżempji tal-Lingwa Leoniża:

Il-Ġranet tal-Ġimgħa:

It-Tnejn: llunes

It-Tlieta: martes

L-Erbgħa: miércoles

Il-Ħamis: xueves

Il-Ġimgħa: vienres

Is-Sibt: sábadu

Il-Ħadd: domingu

In-Numri:

Wieħed: Unu

Tnejn: Dous / Duas

Tlieta: Tres

Erbgħa: Cuatru

Ħamsa: Cincu

Sitta: Seyes

Sebgħa: Siete

Tmienja: Ochu

Disgħa: Nueve

Għaxra: Diez

Muammar al-Gaddafi

Muammar Muħammad Abu Minjar al-Gaddafi (bl-Għarbi: مُعَمَّر القَذَّافِي‎, Muʿammar al-Qaḏḏāfī awdjo ; magħruf ukoll bħala Muammar Gaddafi jew Kurunell Gaddafi; Surt, 7 ta' Ġunju 1942 – Surt, 20 ta' Ottubru 2011) kien politiku Libjan, li mill-1969 serva bħala l-kap ta' pajjiżu sat-tneħħija mill-poter fl-2011. Wara li ħa t-tmexxija permezz ta' kolp ta' stat fl-1969 li temm il-monarkija ta' Sajjid Ħasan I, hu impona l-ideoloġija politika tiegħu li ġiet ippubblikata fil-Ktieb l-Aħdar. Wara 42 sena ta' tmexxija, hu waqa' mill-poter kawża tar-Rivoluzzjoni Libjana tal-2011 li fiha ħalla ħajtu.

Papa Ġwanni Pawlu II

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II (Latin.

: Ioannes Paulus PP. II; Taljan: Giovanni Paolo II; Pollakk: Jan Pawel II), imwieled Karol Józef Wojtyła (18 ta' Mejju 1920 – 2 ta' April 2005), kien il-264 papa fl-istorja tal-Knisja Kattolika mis-16 ta' Ottubru 1978 sa mewtu. Kien it-tieni l-iktar Papa li kellu pontifikat twil, wara Piju IX li dam sitt snin iktar minnu. Huwa l-uniku Papa Slav u Pollakk s'issa. Kien l-ewwel Papa mhux Taljan wara iktar minn erba' sekli ta' Papiet Taljan, sa minn Papa Adrijanu VI mill-1522. Kien l-iktar mexxej dinji li żar pajjiżi: 129 pajjiż. Iddikjara 483 qaddis u 1340 beatu, iktar mill-Papiet l-oħra kollha f'daqqa. Fl-1 ta' Mejju 2011 hu nnifsu kien iddikjarat Beatu fi Pjazza San Pietru mis-suċċessur tiegħu Papa Benedittu XVI. Fis-27 ta’ April 2014, dakinhar ukoll Festa tal-Ħniena Divina, kien iddikjarat qaddis fi Pjazza San Pietru minn Papa Franġisku.

Partit Demokratiku (Malta)

Il-Partit Demokratiku huwa partit politiku fuq ix-xellug ċentrali f'Malta.

Partit Laburista (Malta)

Il-Partit Laburista (PL) huwa partit politiku Malti ta' twemmin soċjal demokratiku, affiljat mal-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej. Twaqqaf fl-1920, u kien fil-gvern tal-pajjiż disa' darbiet minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, l-ewwel darba fl-1947 u l-aħħar li kien fl-2017. Mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn kien dejjem wieħed miż-żewġ partiti l-kbar f'Malta. Fl-Istatut (2010) tiegħu, il-Partit Laburista jiddeskrivi hekk lilu nnifsu:

Fost il-kisbiet tal-Partit Laburista meta kien fil-gvern ta' Malta nsibu d-dritt tal-vot lill-mara, id-dritt tal-vot liż-żgħażagħ li jagħlqu t-18-il sena, u iktar tard anke lil dawk li jagħlqu 16-il sena, li Malta saret Repubblika u l-Kap tal-Istat Malti għall-ewwel darba kien Malti, l-għeluq tal-bażijiet militari u n-newtralità ta' Malta, għajnuna finanzjarja għal min iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol, edukazzjoni b’xejn u għal kulħadd, ċentri tal-Kindergarten, skejjel tas-snajja’ u l-Junior Lyceums, servizzi ta' saħħa b’xejn u għal kulħadd, ċentri tas-Saħħa mferrxin mal-pajjiż, pensjoni għal min jirtira mix-xogħol bl-età, ħlas lin-nisa daqs l-irġiel għall-istess xogħol, il-ħatra tal-ewwel Ministru mara, l-ewwel Speaker mara u l-ewwel President tar-Repubblika mara, ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa, il-Paga Minima Nazzjonali, id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, unjoni ċivili u iktar tard żwieġ bejn persuni tal-istess sess, it-tneħħija tal-Piena tal-Mewt, iċ-Children’s Allowance, leave bi ħlas ta’ 13 il-ġimgħa, bonus darbtejn fis-sena, għajnuna finanzjarja lir-romol, morda u persuni b’diżabilità, ħafna mpjiegi minn investiment kbir mill-Ġermanja, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, mitjar ġdid, baċir ġdid, diversi Housing Estates, is-Sea Malta, l-Enemalta, it-Telemalta, l-Air Malta, il-Mid-Med Bank, u l-Bank of Valletta.

Partit Nazzjonalista (Malta)

Il-Partit Nazzjonalista huwa partit politiku Malti, wieħed miż-żewġ partiti ewlenin f'Malta (l-ieħor il-Partit Laburista (Malta)) u bħalissa jinsab fl-Oppożizzjoni. Huwa jiddeskrivi ruħu bħala partit Demokratiku Nisrani (fil-fatt huwa affiljat mad-Demokrazija Kristjana Internazzjonali, mal-Partit Popolari Ewropew u l-Unjoni Demokratika Internazzjonali.

Renju Unit

Għal użi oħra, ara Renju Unit (diżambigwazzjoni)Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, aktar magħrufa bħala Ir-Renju Unit huwa pajjiż sovran li jinsab fil-Majjistral tal-Ewropa ħdejn l-Ewropa Kontinentali. Ir-Renju Unit jinkludi l-gżira tal-Gran Brittanja u l-parti tal-Grigal tal-gżira tal-Irlanda u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-Irlanda ta' Fuq hija l-unika parti tar-Renju Unit li għandha fruntieri ma' pajjiż barra mir-Renju Unit. L-Irlanda ta' Fuq taqsam il-gżira tal-Majjistral mar-Repubblika tal-Irlanda. Ir-Renju Unit huwa imdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Baħar ta' Fuq, il-Fliegu tal-Manika u l-Baħar Irlandiż. L-ikbar gżira, il-Gran Brittanja għandha aċċess għal Franza permezz ta' kanal taħt il-Manika.

Ir-Renju Unit huwa unjoni ta' erba' pajjiżi kostitwenti: l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales. Ir-Renju Unit huwa gvernat permezz ta' sistema parlamentari, bi gvern ċentrali li jinsab f'Londra, il-belt kapitali, u b'monarkija kostituzzjonali bir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap tal-istat. Il-Gżejjer tal-Kanal u l-Gżira ta' Man huma Dipendenzi tal-Kuruna u mhumiex parti mir-Renju Unit, imma jiffurmaw tip ta' federazzjoni aktar indipendenti mill-pajjiżi l-oħra. Ir-Renju Unit għandu erbatax-il territorju barra l-pajjiż, li kollha kienu parti mill-Imperu Brittanniku, li fl-aqwa tiegħu kellu taħtu kważi kwart tad-dinja, u għalhekk kien l-akbar imperu fl-istorja. L-influwenza diretta tiegħu nistgħu narawha fil-lingwa u l-kulturi tal-istati tal-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, l-Indja, il-Pakistan, l-Afrika t'Isfel, Singapor, l-Istati Uniti u ħafna pajjizi oħra. Ir-Reġina Eliżabetta II għadha l-kap tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet u kap tas-Saltniet fil-Commonwealth.

Ir-Renju Unit huwa pajjiż żviluppat, bil-ħames (PGD nominali) jew is-sitt (PGD PPA) l-akbar ekonomija tad-dinja. Kien l-ewwel pajjiż industrijalizzat fid-dinja u l-ikbar potenz fid-dinja matul is-seklu dsatax u kmieni fis-seklu għoxrin, imma d-dannu ta' żewġ gwerer dinjija u d-deterjorazzjoni tal-Imperu Brittanniku fl-aħħar tas-seklu għoxrin ħallew effett kbir fuq il-pajjiż u b'hekk ma baqax l-akbar potenza fl-affarijiet globali. Madankollu r-Renju Unit għad għandu influwenza ekonomika, kulturali, militari u politika qawwija u hu qawwa nukleari bit-tieni jew it-tielet l-ikbar infieq fuq id-difiża fid-dinja. Ir-Renju Unit għandu siġġu permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, u hu membru tal-G8, NATO, WTO, l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.

Soċjaliżmu Demokratiku

Is-Soċjaliżmu Demokratiku huwa ideoloġija politika fiċ-ċentru-xellug tal-ispettru politiku. Il-politika soċjal-demokratika tinkludi l-welfare state, u l-ħolqien ta' demokrazija ekonomika li tassigura d-drittijiet tal-ħaddiema.

Id-Dikjarazzjoni ta' Frankfurt tal-Internazzjonali Soċjalista fl-1951, li għaliha attendew ħafna partiti soċjal-demokratiċi minn madwar id-dinja, opponiet il-Komuniżmu Bolxevista u l-Istaliniżmu.

F'dawn l-aħħar snin, ħafna partiti soċjal-demokratiċi (b'mod speċjali l-Labour Party Ingliż) adottaw politika iktar ċentrista.

L-Internazzjonali Soċjalista (SI) hija l-organizzazzjoni internazzjonali ewlenija tal-partiti soċjal-demokratiċi u tal-partiti soċjalisti moderati. Tafferma dawn il-prinċipji:

l-ewwel, libertà mhux biss individwali imma libertà mid-diskriminazzjoni u libertà mid-dipendenza fuq is-sidien tal-mezzi ta' produzzjoni jew min qed iżomm il-poter b'mod abbużiv;

it-tieni, ugwaljanza u ġustizzja soċjali, mhux biss quddiem il-liġi imma ukoll ugwaljanza ekonomika u soċjo-kulturali, u opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inkluż dawk b'diżabilitajiet fiżiċi, mentali, jew soċjali;

u, t-tielet, is-solidarjetà ma' vittmi ta' inġustizzji u inugwaljanzi.

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.