Frar

Frar huwa t-tieni xahar tas-sena skont il-kalendarju Gregorjan. Frar huwa l-iqsar xahar u l-uniku xahar b'inqas minn 30 jum. Ix-xahar għandu 29 ġurnata fi snin biżestili, meta n-numru tas-sena huwa diviżibbli b'erbgħa (barra s-snin li huma diviżibbli b'100 u mhux b'400 fil-kalendarju Gregorjan). Fi snin komuni x-xahar għandu 28 ġurnata. Ħafna jemmnu li Frar oriġinarjament kellu 29 ġurnata (30 f'sena biżestili), imma din l-idea ivvintaha Sacrobosco.

Frar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Marzu u Novembru fi snin komuni.

Billi għandu biss 28 ġurnata fi snin komuni, hu l-uniku xahar tal-kalendarju li darba f'kull sitt snin u darbtejn f'kull ħdax-il sena, ikollhom biss erba' ġimgħat ta' seba' ġranet sħaħ fejn l-ewwel ġurnata tax-xahar tibda il-Ħadd u l-aħħar ġurnata tkun is-Sibt. Din ir-regola nistgħu nosservawha fis-sena 2009 u meta mmorru lura ħdax-il sena sa 1998, lura ħdax-il sena oħra sa 1987 u lura sitt snin oħra sa 1981; jiġifieri darbtejn ħdax-il sena wara xulxin u darba sitt snin wara, 'il quddiem fil-ġejjieni jew lura fl-imgħoddi.

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Frar
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
27 28 29 30 31 1 2
3 4 5 6 7 8 9
10 11 12 13 14 15 16
17 18 19 20 21 22 23
24 25 26 27 28 1 2

Ħarsa ġenerali

L-isem "Frar" hu mill-kelma Latina februum, li tfisser purifikazzjoni, billi r-ritwal ta' purifikazzjoni Februa kien isir fil-15 ta' Frar fil-kalendarju antik Ruman. Jannar u Frar kienu l-aħħar xahrejn li kienu miżjuda mal-kalendarju Ruman, wara li r-Rumani oriġinarjmanet ikkunsidraw ix-xitwa bħala staġun mingħajr xhur. Dawn kienu miżjudin minn Numa Pompilius wara 700 QK. Frar baqa' l-aħħar xahar tas-sena tal-kalendarju sa żmien ta' decemviri (450 QK), meta hu sar it-tieni xahar. F'xi intervalli qassisin Rumani qassru lil Frar għal 23 jew 24 ġurnata u daħħlu xahar ieħor ieħor ta' 27 ġurnata, wara Frar, biex jirranġaw is-sena mal-istaġuni. Minn dakinhar, Frar baqa' t-tieni xahar tas-sena tal-kalendarju.

Frar jibda, astronomikament, meta x-xemx tkun fil-kostellazzjoni ta' Kaprikornu u jispiċċa meta x-xemx tkun fil-kostellazzjoni tal-Akwarju. Astroloġikament, Frar jibda' meta x-xemx tkun fis-simbolu tal-Akwarju u jispiċċa f'dak tal-Ħut.

Les Très Riches Heures du duc de Berry février
Frar, illustrazzjoni minn Très riches heures du Duc de Berry

Ismijiet storiċi ta' Frar jinkludu t-termini Anglo-Sassoni Solmoneth ("xahar tat-tajn") u Kale-monath, u kif ukoll it-terminu ta' Karlu Manju Hornung. Fil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ helmiku, fejn tfisser "xahar tal-perla"; meta s-silġ jinħall fuq il-friegħi tas-siġar, dawn jifformaw qtar, u hekk kif dawn jiffriżaw, dawn ikunu bħal perli tas-silġ. Fil-kalendarju antik Ġappuniż, ix-xahar huwa msemmi Kisaragi (如月, 絹更月 jew 衣更月, li letteralment ifisser "ix-xahar tal-bdil tal-ħwejjeġ"). Isem ieħor huwa Mumetsuki (梅見月, li letteralment iffiser "ix-xahar meta jinbiegħu l-fjuri tal-prunja") jew Konometsuki" (木目月, "ix-xahar meta s-siġar jieħdu ħajja ġdida").

Tradizzjonijiet Maltin marbutin ma' Frar

Fil-klima tagħna Frar huwa xahar kiesaħ u xitwi. Ħafna qwiel jirriflettu dan: “Frar fawwar jimla l-bjar” u “Frar fawwar kull xitla nwar” u "Frar fawwar, il-bidwi għana d-dar”.

Madankollu Frar jaf ma jagħmilx xita: ‘Frar daqqa fawwar u daqqa qattar’

jew tagħmel iżżejjed ‘ Meta Frar ikun ħafna fawwar, il-biedja tmur fl-ibjar’.

U barra x-xita u l-maltemp ikun għadu jagħmel il-ksieħ: ‘Fi Frar kull laqxa ttella nwar’, ‘Frar jiġbor lil kulħadd id-dar’ u Frar jgħakkes ix-xjuħ u ż-żgħar’.

F’dan iż-żmien tas-sena, il-kampanja tkun mimlija ħdura u kkulurita wkoll, bl-isfar tal-ingliża u l-lellux fost l-iktar li jispikka.

Bħax-xhur l-oħra Frar għandu l-festi tiegħu. Fost dawn insibu l-Gandlora li ssir fi 2 tax-xahar li hija l-festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù u tal-Purifikazzjoni tal-Madonna. Fiha wkoll jitbierku x-xemgħat li jintużaw matul is-sena. Lill-fidili jagħtuhom ukoll biċċa xemgħa żgħira li dari kienu jdendluha mal-ħajt id-dar u jixegħluha waqt xi maltempata jew xi griżma tal-morda. Kien maħsub li l-kwiekeb ma jibqgħux jidhru ċari u kienu jgħidu ‘Mal-gandlora, stilel fora, l-ajru jtella’ imma jiċċora’.

Fil-10 ta’ Frar tiġi l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, data daqsxejn kurjuża meta tqis li skont ir-rakkont fl-Atti (kapitli 27 u 28), San Pawl u sħabu ġew fil-Ħarifa biex qattgħu x-xitwa hawn (Att 28 :11).

Festa varjabbli hija dik ta’ Ras ir-Randan. Dan għaliex din tiġi 40 ġurnata qabel l-Għid li jsir fl-ewwel Ħadd wara l-ekwinozju tar-Rebbiegħa. Ir-Randan, tal-inqas dari, kien żmien ta’ sawm u skarsezza, u għalhekk kienu jgħidu: ‘Eħġem la ssib, għax jasal ir-Randan’.

U aktarx ukoll li jkun il-maltemp: Ras ir-Randan, ras il-maltemp’.

Jekk is-sawm u t-tbatija tar-Randan marru, mhux hekk il-ġenn tal-ftit ġranet ta’ qablu… il-karnival. Għax ‘fi Frar jindaqqu l-ġlieġel’. Il-karnival huwa żmien ta’ bluha liċenzjata u sakemm hija moderata u diċenti hija zvog tajjeb ħafna mis-serjetà u t-tribulazzjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum. U speċjalment jekk il-karnival jiġi partikularment tard, ix-xita tibda tiskarsa: ‘f’Ħadd il-bluh ix-xita tibda tfuħ’.

Avvenimenti fi Frar

  • Jum San Valentinu – 14 ta' Frar
  • Black History Month fl-Istati Uniti
  • Jum il-Presidenti fl-Istati Uniti – fit-tielet Tnejn

Ħoloq esterni

Bulgarija

Il-Bulgarija (Bulgaru: България, IPA: [bɤ̞ɫɡarijɐ]), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Bulgarija, huwa pajjiż li jinsab fl-Ewropa tax-Xlokk. Dan huwa mdawwar mir-Rumanija fit-tramuntana, is-Serbja u l-Maċedonja lejn il-punent, il-Greċja u t-Turkija fin-nofsinhar u l-Baħar l-Iswed lejn il-lvant. B'territorju ta' 110,994 kilometru kwadru (42,855 mi kw), il-Bulgarija hija l-14 l-akbar pajjiż fl-Ewropa. Il-qagħda tagħha jagħamilha salib it-toroq storiku għaċ-ċiviltajiet differenti u għalhekk insibu hemm xi xogħol tal-metall, oġġetti reliġjużi u kulturali mill-aktar bikrija fid-dinja

Estonja

L-Estonja ɨsˈtoʊniə (Estonjan:Eesti), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Estonja (Estonjan:Eesti Vabariik), hi stat fir-Reġjun Baltiku fl-Ewropa ta' Fuq. Il-pajjiż huwa mdawwar fit-tramuntana mill-Golf tal-Finlandja, lejn il-punent mill-Baħar Baltiku, fin-nofsinhar il-Latvja (343 km), u lejn il-lvant mill-Lag Peipus u r-Russja (338.6 km). In-naħa l-oħra tall-Baħar Baltiku għandha l-Iżvezja fil-punent u l-Finlandja fit-tramuntana. It-territorju tal-Estonja jkopri 45,227 km2 (17,462 mi kw), u huwa influwenzat mill-klima kontinentali umida.

Greċja

Il-Greċja (bil-Grieg: Ελλάδα), magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika Ellenika (Ελληνική Δημοκρατία), huwa pajjiż fl-Ewropa tal-Lvant. Il-belt kapitali hija Ateni, li hija wkoll l-ikbar belt tal-pajjiż. Skont ċensiment tal-2011, il-popolazzjoni tal-Greċja hija ftit inqas minn 11-il miljun.

Il-Greċja tinsab fil-konfini tal-Ewropa, l-Asja u l-Afrika u bħala fruntieri għandha lill-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Bulgarija fit-Tramuntana, u t-Turkija fil-Grigal. Il-Baħar Eġew jinsab fuq il-Lvant tal-Grigal, il-Baħar Jonju fuq il-Punent, u l-Baħar Mediterran fin-Nofsinhar. Bi 13,676 km, il-Greċja għandha l-ħdax l-itwal kosta fid-dinja, u tinkludi numru kbir ta' gżejjer (madwar 1,400 li 227 minnhom jgħixu n-nies fihom), fosthom Kreta, iċ-Ċikladi u l-Gżejjer Jonji. Tmenin fil-mija tal-Greċja hija muntanjuża, liema l-Muntanja Olimpu hija l-ikbar b'tul ta' 2,917-il metru.

Hi waħda mill-membri fundaturi tal-Ġnus Magħquda, ilha mill-1981 membru tal-Unjoni Ewropea (u taż-żona Ewro mill-2001) u membru mill-1952 tan-NATO. Il-Greċja huwa pajjiż żviluppat b'ekonomija avvanzata u ta' qliegħ, b'livell ta' għajxien għoli ħafna. L-ekonomija Griega hija wkoll l-ikbar waħda fil-Balkani.

It-Tieni Gwerra Dinjija

It-Tieni Gwerra Dinjija kien kunflitt mondjali li involva l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, b'mod speċjali l-pajjiżi l-iktar avvanzati maqsumin f'żewġ alleanzi militari opposti: L-Alleati u l-Qawwiet tal-Assi. Din il-gwerra involviet il-mobilitazzjoni ta' 'l fuq minn 100 miljun rekluta militari, b'hekk hi meqjusa bħala l-iktar gwerra mifruxa fl-istorja. Fi stat ta' "gwerra totali", il-partiċipanti maġġuri poġġew il-kapaċitajiet ekonomiċi, industrijali, u xjentifiċi għas-servizz ta' isforz belliku, bl-injorar tad-distinzjoni bejn riżorsi militari u dawk ċivili. Iktar minn 70 miljun ruħ, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inqatlu f'dan il-konflitt, li għalhekk jitqies bħala l-iktar imdemmi fl-istorja umana. In-nefqa finanzjarja totali tal-gwerra hi stimata li laħqet triljun dollaru amerikan, b'hekk hi ukoll l-iktar gwerra li swiet flus.

Il-bidu tal-gwerra hu meqjus li hu Settembru 1939 bl-invażjoni tal-Polonja, u d-dikjarazzjoni ta'gwerra fuq il-Ġermanja mir-Renju Unit, Franza u d-Dominji Britanniċi. L-Allejati kienu rebbieħa, bil-Ġermanja ċċedi fit-8 ta' Mejju 1945, u r-rebħa fuq il-Ġappun fit-2 ta' Settembru.

L-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti ħarġu mill-kunflitt bħala ż-żewġ superpotenzi maġġuri. Din is-sitwazzjoni fetħet il-Gwerra l-Bierda, li damet 45 sena. Il-Ġnus Magħquda ġew iffurmati bit-tama li jiġi evitat kunflitt ieħor bħal dan. L-idea ta' determinazzjoni nazzjonali imbuttata mill-gwerra aċċelerat il-moviment ta' dekolonizazzjoni fl-Asja u l-Afrika, filwaqt li fl-Ewropa tal-Punent stess bdiet miexja lejn l-integrazzjoni.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, it-telfa tal-Ġermanja, ffirmata fit-Trattat ta' Versailles imponiet fuq dan il-pajjiż it-telfien ta' parti mdaqqsa mit-territorju, ċaħdet l-annessjoni ta' stati oħra, llimitat id-daqs tal-forzi armati Ġermanizi, u imponiet reparazzjonijiet finanzjarji kbar ħafna. Ir-Rivoluzzjoni Russa tal- 1917 u l-gwerra ċivili li din ikkawżat, wasslu għall-ħolqien tal-Unjoni Sovjetika li malajr ġiet taħt il-ħakma ta' Joseph Stalin. Fl-Italja, Benito Mussolini ħataf il-poter bħala dittatur faxxist bil-wiegħda li joħloq "Imperu Ruman Ġdid". Il-Partit Kuomintang fiċ-Ċina beda Spedizzjoni fit-Tramuntana (1926-1927) bħala programm ta' unifikazzjoni nazzjonali, kontra sinjuri tal-gwerra Ċiniżi tas-snin għoxrin, imma spiċċa mgħarraq fi gwerra ċivili kontra l-ex alleati, il-Partit Komunista Ċiniż. Fl-1931, l-Imperu Ġappuniż, li kien ilu ħafna jipprova jespandi l-influwenza tiegħu fiċ-Ċina, taħt il-kunċett tad-dritt li jaħkem fuq l-Asja, uża l-Inċident ta' Mukden bħala ġustifikazzjoni biex jinvadi l-Manċurja; iż-żewġ nazzjonijiet tqabdu f'bosta kunflitti zgħar sad-Dikjarazzjoni Tanggu li ħabbret il-waqfien tal-gwerra fl-1933.

In-Nazzjonal-Soċjalist Adolf Hitler sar il-mexxej tal-Ġermanja fl- 1933 u fis beda kampanja kbira ta'riarmament. Dan ħasseb lil Franza u r-Renju Unit, li kienu batew ħafna fl-aħħar gwerra, kif ukoll l-Italja, li rat l-ambizzjonijiet territorjali tagħha jiddalmu minħabba dawk tal-Ġermanja. Biex jiżgura l-alleanza, il-Franċiżi ħallew lill-Italja ħielsa fl-operazzjonijiet tagħha fl- Etjopja, li l-Italja xtaqet taħtaf. Din is-sitwazzjoni ġiet aggravata fl-1935 meta s-Saarland ingħaqdet legalment mal-Ġermanja, u Hitler rrinunzja t-Trattat ta' Versailles, għaġġel ir-remilitarizazzjoni u daħħal il-lieva. Bl-isperanza li tinżamm il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza u l-Italja ffurmaw il-Front ta' Stresa. L-Unjoni Sovjetika, mbeżża mill-għanijiet tal-Ġermanja li taħtaf art fil-Lvant tal-Ewropa, kkonkluda trattat ta' assistenza militari ma' Franza.

Qabel jieħu effett, dan il-patt Franco-Sovjetiku kellu jgħaddi mill-burokrazija tal- Lega tan-Nazzjonijiet, li spiċċa jagħmlu bla saħħa. Biex iktar tikkomplika s-sitwazzjoni, f'Ġunju tal-1935, ir-Renju Unit iffirma trattat Navali indipendenti mal-Ġermanja, jħoll ħafna mir-restrizzjonijiet ta' qabel. L-Istati Uniti, minħabba l-ġrajjiet fl-Ewropa u l-Asja, għadda l-Att tan-Newtralità' f'Awissu. F'Ottubru, l-Italja invadiet l-Ewropa, bil-Ġermanja tkun l-uniku pajjiż fl-Ewropa li ma kkundannatx dan l-att. L-Italja allura neħħiet kull objezzjoni tagħha fuq l-għan tal-Ġermanja li tagħmel mill-Awstrija stat-satellita.

Bi vjolazzjoni diretta tat-Trattat ta' Versaille u dak ta' Lokarno, Hitler rremilitarizza r- Rhineland f'Marzu tal- 1936, u hawn bilkem irċieva tweġiba mil-potenzi l-oħra. Meta bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola f'Lulju, Hitler u Mussolini għenu l-fazzjoni faxxista mmexxija minn Ġeneralíssimu Francisco Franco u l-forzi nazzjonalisti tiegħu fil-gwerra ċivili kontra t-Tieni Repubblika Spanjola, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika. Iż-żewġ naħat użaw il-kunflitt biex jisperimentaw armi u metodi ta' gwerra ġodda, bil-forzi nazzjonalisti spanjoli jirbhu fl-1939.

Biż-żieda fit-tensjonijiet, bedw isiru sforzi ta' konsolidazzjoni ta' poter f'bosta pajjiżi. F'Ottubru, l-Ġermanja u l-Italja ffurmaw l-Assi Ruma-Berlin u xahar wara, il-Ġermanja u l-Ġappun, bil-ħsieb li l-Unjoni Sovjetika u l-komuniżmu kien l-ikbar periklu għalihom, iffirmaw il-Patt Anti-Komintern, li l-Italja daħlet fih sena wara. Fiċ-Ċina, il-Kuomintang u l-forzi komunisti, qablu fuq waqfien mil-ġlied biex jippreżentaw front magħqud kontra l-forzi ġappuniżi.

Italja

L-Italja, uffiċjalment magħrufa bħala r-repubblika Taljana huwa pajjiż li jinsab fin-nofsinhar tal-Ewropa. Il-fruntiera tal-Italja tmiss ma' fruntieri ta' pajjiżi Ewropej oħra, ngħidu aħna bħal: Franza, l-Iżvizzera, l-Awstrija, u s-Slovenja tul l-alpi li jservu ta' fruntiera naturali. In-nofsinhar ta' dan il-pajjiż huwa ġej fil-forma ta' peniżola, dan għax din il-parti hija mdawra mill-baħar mediterran. F'din il-parti tal-Italja wieħed jista' faċilment jilloka l-gżira maġġuri ta' Sqallija, il-gżira ta' Sardinja u l-izgħar stati indipendenti li huma fi ħdan ir-reġjun Taljan, dawn huma, San Marino u l-belt tal-Vatikan. It-territorju Taljan ikopri xi 301,338 kilometru kwadru u huwa influwenzat direttament minn klima moderata u staġjonali. B'60.8 miljun abitant, l-Italja huwa l-ħames l-iktar pajjiż ippopolat fl-Ewropa u jġorr it-titlu tat-23 l-iktar pajjiż b'densità għolja fid-dinja. Ruma hija l-ikbar u l-belt kapitali tal-Italja.

Litwanja

Il-Litwanja (Litwan:Lietuva), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Litwanja (Litwan:Lietuvos Respublika) hi pajjiż fl-Ewropa ta' Fuq, u l-akbar mit-tliet Stati Baltiċi. Hi tinsab tul ix-xatt tax-xlokk tal-Baħar Baltiku, lejn il-lvant tal-Iżvezja u d-Danimarka. Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Latvja lejn it-tramuntana, il-Bjelorussja lejn il-lvant u n-nofsinhar, il-Polonja fin-nofsinhar, u l-Kaliningrad Oblast għall-Lbiċ. Il-Litwanja għandha popolazzjoni stmata ta' 3 miljuni (2012), u l-belt kapitali u l-akbar belt tagħha hija Vilnius. Il-Litwani huma Nies Baltiċi, u l-lingwa uffiċjali, il-lingwa Litwana, hija waħda minn żewġ lingwi ħajjin (flimkien mal-Latvjan) fil-fergħa Baltika tal-familji tal-lingwi Indo-Ewropej.

Malta

Malta, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika ta' Malta, hija repubblika konstituzzjonali żviluppata Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż ikkonsisti minn arċipelagu ta' seba' gżejjer li jinsabu fil-Baħar Mediterran, fl-Ewropa t'Isfel, 93 km mill-kosta ta' Sqallija (l-Italja), 288 km fil-Lvant tat-Tuneżija u 300 km fit-Tramuntana tal-Libja. Dawn il-gżejjer igawdu minn klima Mediterranja.Matul l-istorja, il-pożizzjoni ta' Malta fil-Baħar Mediterran kellha sinjifikat strateġiku. Minħabba dan il-fattur, numru ta' qawwiet fosthom il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab, l-Isqallin, il-Kavallieri ta' San Ġwann u l-Ingliżi lkoll ħakmu lil Malta. Malta kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1964 u għaxar snin wara, fl-1974, saret Repubblika però xorta baqgħet membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. Attwalment hi membru tal-Unjoni Ewropea, wara s-sħubija fl-2004, u wkoll tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Lingwa Maltija hija l-unika lingwa Semitika li hija lingwa formali tal-Unjoni Ewropea.

Malta hi magħrufa għas-siti ta' patrimonju tal-umanità, bl-aktar prominenti jkunu t-tempji megalitiċi li huma fost l-aktar siti qodma li għadhom weqfin fid-Dinja, kif ukol il-Fortifiikazzjonijiet tal-Ordni ta' San Gwann u Brittanici. Skont il-ktieb mill-Bibbja tal-Atti tal-Appostli, San Pawl innawfraga fuq din il-gżira. Komunita storkia Lhudija ghada tinsab f'Malta minn-zmien l-Imperu Ruman.

Il-belt kapitali ta' Malta hi l-Belt Valletta. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż huma l-Malti u l-Ingiż, fejn dan tal-aħħar ħa post it-Taljan fl-1935. Malta għandha konnessjoni qawwija mal-Kattoliċiżmu Ruman, li tkompli tkun bħala r-reliġjon uffiċjali u l-aktar waħda prattikata f'Malta.

Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq

Il-Maċedonja ta' Fuq ( ˌmæsɨˈdoʊniə Maċedonjan: Северна Македонија), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (Maċedonjan:Република Северна Македонија), huwa pajjiż interkjuż li jinsab fil-punent ċentrali tal-peniżola Balkana fl-Ewropa tax-Xlokk. Il-pajjiż kien wieħed mill-istati suċċessuri tal-eks Jugożlavja, li minnha ddikjaraw l-indipendenza fl-1991. Hija saret membru tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru tal-1993. Bejn din is-sena sa Frar tal-2019, bħala riżultat ta' tilwima mal-Greċja fuq l-isem tagħha, kienet iddaħlet taħt ir-referenza provviżorja ta' Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, xi drabi mqassra bħala FYROM (mill-Ingliż Former Yugoslav Republic of Macedonia). F'Ġunju tal-2018, il-Maċedonja u l-Greċja ffirmaw it-Trattat ta' Prespa li rriżolva t-tilwima ta' isem il-pajjiż, fejn il-Maċedonja aċċetta li l-isem uffiċċjali tal-pajjiż isir ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Dan il-bdil fl-isem beda jieħu effett mit-12 ta' Frar 2019 'il quddiem.

Il-pajjiż huwa mdawwar bl-art, billi jmiss mal-Kosovo għall-majjistral, is-Serbja lejn it-tramuntana, il-Bulgarija lejn il-lvant, u l-Greċja fin-nofsinhar u l-Albanija lejn il-punent. Hija tikkostitwixxi madwar in-nofs tal-punent tat-tramuntana tal-akbar reġjun tal-Maċedonja ġeografiku, li jinkludi wkoll partijiet tal-Greċja u l-Bulgarija. Il-kapital tal-pajjiż hija Skopje, bi 506,926 abitanti skond iċ-ċensiment tal-2002. Bliet oħra jinkludu lil Bitola, Kumanovo, Prilep, Tetovo, Ohrid, Veles, Štip, Kočani, Gostivar, Kavadarci u Strumica. Hija għandha aktar minn 50 lagi u sittax muntanji ogħla minn 2,000 m (6,562 ft). Il-Maċedonja hija membru tal-UN u l-Kunsill tal-Ewropa. Minn Diċembru 2005 kienet ukoll kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u applikat għas-sħubija man-NATO.

Serbja

Is-Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija, huwa pajjiż interkjuż fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-peniżola Balkanika u l-parti t’isfel tal-pjanura Pannonika. Il-kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnja-Ħerzegovina) fil-Punent.

Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sal-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugożlavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja mill-1945 sal-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja mill-1992 sal-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sal-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja ddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur tal-Unjoni tas-Serbja u Montenegro.

Stati Uniti

L-Istati Uniti tal-Amerika (USA jew SUA), komunement imsejħa l-Istati Uniti (US jew SU) u Amerika, hija repubblika federali li tikkonsisti ħamsin stat u distrett federali. It-48 stati kontigwi u d-distrett federali ta' Washington, DC huma fiċ-ċentrali tal-Amerika ta' Fuq bejn il-Kanada u l-Messiku. L-istat tal-Alaska huwa fil-punent tal-Kanada u l-lvant tar-Russja fl-Istrett Bering, u l-istat tal-Ħawaj li tinsab fin-nofs tat-tramuntana tal-Paċifiku. Il-pajjiż ukoll għandu ħames territorji popolati u disa mhux popolati fil-Paċifiku u l-Karibew.

Bi 3.79 miljun mil kwadru (9.83 miljun km2) u madwar ta' 315 miljun ruħ, l-Istati Uniti hija r-raba' l-akbar pajjiż mill-erja totali u t-tielet l-akbar kemm mill-art u mill-popolazzjoni. Hija waħda mill-aktar etnikament diversa fid-dinja u nazzjonijiet multikulturali, il-prodott ta' skala kbira minn immigrazzjoni minn bosta pajjiżi. Il-ġeografija u klima tal-US hija wkoll diversa ħafna, bid-deżerti, pjanuri, foresti, u muntanji li huma wkoll dar għal varjetà wiesgħa ta' annimali selvaġġi.

Il-Paleo-indjani emigraw mill-Asja għal dak li issa hija l-Istati Uniti kontinentali madwar 15,000 sena ilu. Il-kolonizzazzjoni Ewropea bdiet madwar l-1600 u daħlet l-aktar mill-Ingilterra. L-Istati Uniti ħarġet minn tlettax-il kolonji Brittaniċi li jinsabu tul il-kosta tal-Atlantiku. Kwistjonijiet bejn il-Gran Brittanja u l-kolonji Amerikani waslet għar-Rivoluzzjoni Amerikana. Fl-4 ta' Lulju, 1776, delegati mit-tlettax-il kolonji ħarġu b'mod unanimu d-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza, li b'hekk ġiet stabbilixxa l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Gwerra Rivoluzzjonarja tal-Amerika, li ntemmet bir-rikonoxximent tal-indipendenza tal-Istati Uniti mir-Renju tal-Gran Brittanja, kienet l-ewwel gwerra ta' suċċess għall-indipendenza kontra l-imperu kolonjali Ewropew. Il-Kostituzzjoni attwali ġiet adottata fis-17 ta' Settembru, 1787; sadanittant, 27 Emendi ġew miżjuda mal-Kostituzzjoni. L-ewwel għaxar emendi, kollettivament imsemmija l-Abbozz tad-Drittijiet, kienu ratifikati fl-1791 u jiggarantixxu ħafna drittijiet u l-libertajiet ċivili fundamentali.

Immexxija mid-duttrina tad-destin manifest, l-Istati Uniti imbarkat fuq l-espansjoni vigoruża madwar l-Amerika ta' Fuq matul is-seklu dsatax. Dan jinvolvi tribujiet indiġeni spostari, akkwist ta' territorji ġodda, u gradwalment ammissjoni ta' stati ġodda. Il-Gwerra Ċivili Amerikana ntemmet legalizzata skjavitù fl-Istati Uniti. Fl-aħħar tas-seklu dsatax, l-Istati Uniti ġiet estiża fl-Oċean Paċifiku, u l-ekonomija tagħha kienet l-akbar fid-dinja. Il-Gwerra Spanjola–Amerikana u l-Ewwel Gwerra Dinjija ikkonfermat l-istatus tal-pajjiż bħala militari qawwija globali. L-Istati Uniti ħarġet mit-Tieni Gwerra Dinjija bħala superpotenza globali, l-ewwel pajjiż bl-armi nukleari, u membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. It-tmiem tal-Gwerra Bierda u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika ħallew l-Istati Uniti bħala l-unika superpotenza.

L-Istati Uniti hija pajjiż żviluppat u għandha l-akbar ekonomija nazzjonali fid-dinja, bi stmat ta' $15.6 triljun PGD u – 19% tal-PGD globali fil-parità ta' xiri tal-enerġija, mill-2011. Il-PGD per capita tal-US kienet is-sitt l-akbar sa mill-2010, għalkemm l-inugwaljanza fid-dħul tal-Amerika kienet ukoll kklassifikata l-ogħla fost il-pajjiżi tal-OECD mill-Bank Dinji. L-ekonomija hija alimentata mill-abbundanza ta' riżorsi naturali, infrastruttura żviluppata sew, u produttività għolja; u filwaqt li l-ekonomija tagħha hija meqjusa post-industrijali li tkompli tkun waħda mill-akbar manifatturi tad-dinja. Il-kontijiet tal-pajjiż jonfqu 39% għall-militari globali, li hija forza ekonomika, politika, u kulturali prominenti fid-dinja, kif ukoll bħala mexxej fir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni teknoloġika.

Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol ta' Malta u hu kkontrollat mill-Malta Football Association. Iffurmat fil-bidu tas-seklu għoxrin, it-tim naqas li javvanza għal xi fażi finali ta' kompetizzjoni internazzjonali. Sa Settembru 2011, in-nazzjonal Malti rnexxielu jikseb biss erba' rebħiet kompetittivi. Minkejja prestazzjonijiet qalbiena kontra timijiet iktar kwotati, speċjalment matul is-snin sebgħin u tmenin, ir-rendiment tat-tim fis-snin riċenti naqas drastikament, b'Malta titlef diversi postijiet fil-klassifika dinjija tal-FIFA, bl-aħħar aġġornament ippoġġieha fil-134 post.

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan

It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan (bl-Ażerbajġan:Azərbaycan milli futbol komandası) huwa t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Ażerbajġan. Huwa jirrappreżenta l-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet tal-futbol internazzjonali.

It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan ħa sehem fil-kwalifika għal kull turnament kbir mill-Kampjonati Ewropej 1996, iżda qatt ma kkwalifikaw għall-kampjonat finali ta' kwalunkwe Tazza tad-Dinja jew Kampjonati Ewropej.

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tal-Ingilterra u hu kkontrollat mill-The Football Association.

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġermanja (Ġermaniż:Die deutsche Fußballnationalmannschaft) jirrappreżenta lil Ġermanja f'kompetizzjoniet internazzjonali tal-futbol mill-1908. It-tim huwa kkontrollat ​​mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja (Deutscher Fußball-Bund), li twaqqfet fl-1900. Mill-1950 sal-1990, kien essenzjalment it-tim tal-Ġermanja tal-Punent,Id-DFB, ri inawgurata fl-1949, inkorporat il-klabbs tal-Berlin tal-Punent ukoll, hekk f'dawk iż-żmienijiet "Deutschland" kienet it-tim tar-Repubblika Federali u l-Berlin tal-Punent (ħadd ma sejjaħ it-tim b'dak l-isem, s'issa) hekk kif id-DFB hija bbażata fi Frankfurt, li tinsabu fil-Ġermanja tal-Punent preċedenti. Taħt l-okkupazzjoni u diviżjoni alleata, żewġ timijiet nazzjonali oħra separati kienu rikonoxxuti wkoll mill-FIFA: it-tim Saarland (1950–1956) u tim tal-Ġermanja tal-Lvant (1952–1990). Dawn iż-żewġ timijiet ġew assorbiti flimkien mar-rekords tagħhom mit-tim nazzjonali kurrenti.

Il-Ġermanja hija wieħed minn tliet l-aktar timijiet nazzjonali suċċessivi fil-kompetizzjonijiet internazzjonali, wara li rebħet total ta' tliet Tazzi tad-Dinja (1954, 1974, 1990) u tliet Kampjonati Ewropej (1972, 1980, 1996). Huma ġew ukoll finalisti tliet darbiet fil-Kampjonati Ewropej, erba' darbiet fit-Tazza tad-Dinja, u ġew erba' darbiet fit-tielet postijiet. Il-Ġermanja tal-Lvant rebħu il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi fl-1976. Il-Ġermanja hija l-unika nazzjon li rebħet kemm it-Tazza tad-Dinja tal-irġiel u tan-nisa. L-istaff tal-kowċing attwali tat-tim nazzjonali jinkludu lil kowċ attwali Joachim Löw, il-kowċ assistent Hans-Dieter Flick, il-kowċ tal-gowlers Andreas Köpke, il-kowċis atletiċi Shad Forsythe u Oliver Bartlett, id-direttur sportiv Robin Dutt, u l-maniġer tat-tim Oliver Bierhoff.

Turkija

It-Turkija (Tork:Türkiye), uffiċjalment ir-Repubblika tat-Turkija ( Türkiye Cumhuriyeti ), hi pajjiż transkontinentali li l-parti l-kbira tiegħu tinsab fl-Anatolja fl-Asja tal-Punent u fit-Traċja tal-Lvant fl-Ewropa tal-Lbiċ. It-Turkija hija mdawra minn tmien pajjiżi: il-Bulgarija lejn il-majjistral; il-Greċja lejn il-punent; il-Ġeorġja lejn il-grigal; l-Armenja, l-Iran u l-Ażerbajġan lejn il-lvant; u l-Iraq u s-Sirja lejn il-lbiċ. Il-Baħar Mediterran jinsab fin-nofsinhar; il-Baħar Eġew lejn il-punent; u l-Baħar l-Iswed lejn it-tramuntana. Il-Baħar ta' Marmara, il-Bosforu u d-Dardanelli (li flimkien jiffurmaw l-Istretti Torok) jiddemarkaw il-konfini bejn Traċja u Anatolja; huma wkoll jisseparaw l-Ewropa u l-Asja. Il-lokazzjoni tat-Turkija f'salib it-toroq tal-Ewropa u l-Asja tagħmilha pajjiż ta' importanza ġeostrateġika sinifikanti.

Ukrajna

L-Ukrajna ( juːˈkreɪn ; Ukren:Україна, translitterata:Ukrayina), hi nazzjon fl-Ewropa tal-Lvant. L-Ukrajna għandha fruntieri mal-Federazzjoni Russa lejn il-lvant u grigal, mal-Bjelorussja għall-majjistral, mal-Polonja, is-Slovakkja u l-Ungerija lejn il-punent, mar-Rumanija u l-Moldova għall-lbiċ, u mal-Baħar l-Iswed u l-Baħar ta' Azov fin-nofsinhar u x-xlokk, rispettivament. Il-pajjiż għandhu erja ta' 603,628 km², li huwa l-akbar pajjiż fl-Ewropa.Skont it-teorija popolari u stabbilita sew, l-istat medjevali ta' Kievan Rus ġie stabbilit mill-Varanġjani fid-9 seklu bħala l-ewwel storja rreġistrata mill-istat tal-iSlavi tal-Lvant. In-nazzjon ħareġ b'saħħtu fil-Medju Evu iżda ddiżintegra fis-seklu 12. Sa nofs is-seklu 14, it-territorji Ukraini kienu taħt ir-regola ta' tliet poteri esterni: l-Orda tad-Deħeb, il-Gran Dukat tal-Litwanja, u r-Renju tal-Polonja. Wara l-Gwerra l-Kbira tat-Tramuntana (1700–1721), l-Ukrajna kienet maqsuma fost numru ta' setgħat reġjonali. Mis-seklu 19, l-akbar parti tal-Ukrajna ġiet integrata fl-Imperu Russu, bil-bqija taħt il-kontroll Awstro-Ungeriż.

F'Novembru tal-2013, beda l-Ewromaidan, sensiela ta' protesti f'Kiev u diversi partijiet oħra tal-pajjiż. Dan wassal għal rivoluzzjoni fejn fiha il-gvern ta' Viktor Yanukovych ġie mneħħi u floku Oleksandr Turchynov sar president. Fi Frar tal-2014 bdiet il-Kriżi tal-Krimea, li spiċċat bir-Russja tieħu kontroll tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol f'Marzu, għalkemm dan mhu rikonoxxut mill-ebda pajjiż.

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea (abbrevjata bħala UE) hija unjoni politika u ekonomika ta' 28 stat membru li jinsabu prinċipalment fl-Ewropa. L-UE ġiet stabbilita taħt l-isem attwali permezz tat-Trattat ta' Maastricht tas-7 ta' Frar 1992 (li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993), liema stati aderenti ġew miżjuda wara t-triq twila tal-Komunitajiet Ewropej li kienu jeżistu qabel.

L-organi prinċipali tal-UE jinvolvu lill-Kunsill (denominazzjoni li ħadet post dik tal-Kunsill tal-Ministri mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht), il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew. Il-membri tal-Parlament Ewropew huma eletti kull ħames snin miċ-ċittadini Ewropej. Il-belt kapitali de facto tal-UE hija Brussell.L-UE żviluppat suq komuni permezz ta' sistema standardizzata ta' liġijiet li japplikaw fl-istati membri kollha. Fi ħdan iż-Żona Schengen (li tinkludi 22 stat tal-UE u 4 stati non-UE) kontrolli fuq il-passaport ġew aboliti. Il-politiki tal-UE jassiguraw il-moviment ħieles ta' nies, merkanzija, servizzi u kapital, jiddekretaw leġiżlazzjoni fil-ġustizzja u l-affarijiet interni, u jżommu politiki komuni għall-kummerċ, l-agrikoltura, is-sajd u l-iżvilupp reġjonali.

Ċipru

Ċipru (Grieg:Κύπρος; Tork:Kıbrıs), uffiċjalment ir-Repubblika ta' Ċipru (Grieg:Κυπριακή Δημοκρατία; Tork:Kıbrıs Cumhuriyeti; Armen:Կիպրոսի Հանրապետություն), hi pajjiż gżira fil-Baħar tal-Lvant tal-Mediterran. Ċipru hija t-tielet l-akbar u t-tielet l-aktar popolata fil-Mediterran, u Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Hija tinsab fil-lvant tal-Greċja, fin-nofsinhar tat-Turkija, fil-punent tas-Sirja u l-Libanu, fil-majjistral tal-Iżrael u l-Medda ta' Gaża, u fit-tramuntana tal-Eġittu.

Ġeorġja

Il-Ġeorġja ( /ˈdʒɔrdʒə/ ) huwa pajjiż fir-reġjun tal-Kawkasu fl-Ewroasja. Dan il-pajjiż jinsab fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Punent tal-Asja, u bħala konfini għandu 'l-Baħar l-Iswed fuq l-Oċċident, lir-Russja fit-Tramuntana, fin-Nofsinhar lit-Turkija u l-Armenja, u fuq l-Orjent lill-Ażerbajġan. It-territorju tal-Ġeorġja jammonta għal 69,700 km² u l-popolazzjoni tammonta għal madwar l-4.5 miljun ruħ.

Ġermanja

Il-Ġermanja ( ˈdʒɜrməni ; Ġermaniż:Deutschland), uffiċjalment ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Ġermaniż:Bundesrepublik Deutschland), repubblika kostituzzjonali federali fl-Ewropa tal-punent-ċentrali. Il-pajjiż jikkonsisti f'16-il stat, u l-belt kapitali u l-akbar belt hija Berlin. Il-Ġermanja tkopri erja ta' 357,021 kilometru kwadru (137,847 mi kw) u għandha klima moderata staġjonali ħafna. Bi 80.3 miljun abitant, hija l-istat membru l-aktar popolat fl-Unjoni Ewropea. Il-Ġermanja hija l-qawwa kbira fl-ekonomika u l-politika tal-kontinent Ewropew u mexxej storiku f'ħafna oqsma teoretiċi u tekniċi.

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.