Enċiklopedija

Enċiklopedija hija kitba li tinkorpora għadd ta' informazzjonijiet maqsumin f'numru kapitli b'ħafna definizzjonijiet. It-terminu letterarju enċiklopedija hu derivat minn kelma Griega li tfisser "ċirku t' informazzjoni"; f'xi każijiet tista' tfisser ukoll "edukazzjoni miġmugħa flimkien". Mhux ta' b'xejn li ħafna enċiklopediji jissejħu ukoll Ċiklopediji, għax dawn iż-żewġ terminoloġiji huma interkambjabli.

L-Enċiklopediji jistgħu jagħtu informazzjoni ġenerali, kif ukoll ikollhom numru ta' kapitli b'ħafna artikli li jolqtu ħafna dipartimenti ta' l-għerf tal-umanità. Xi eżempji famużi ta' enċiklopediji huma l-Encyclopædia Britannica bil-lingwa Ingliża u l-enċiklopedija Ġermaniża Brockhaus; Jista' jagħti l-każ li dawn l-enċiklopediji jispeċċjaliżżaw f'kampi diversi, (pereżempju enċiklopedija fuq il-mediċina, storja, filosofija, lingwistika, jew liġi). Hemm ukoll eżempji ta' enċiklopediji li jiffokaw biss fuq kampijiet li jiffurmaw parti mil-lat kulturali, etniku, jew mill-perspettiva ta' nazzjon, eżempju ta' dawn huma l-Great Soviet Encyclopedia li tiffoka fuq l-ex stat Sovjetiku, u l-Encyclopedia Judaica li tiftaħ fuq l-istat Iżraeljan.

Ħafna dizzjunarji għandhom ukoll aspetti enċiklopediċi, speċjalment dawk li jiffokaw fuq aspetti partikulari (pereżempju Dizzjunarju ta' l-Opri Arkitettoniċi Maltin, Dizzjunarju ta' termini legali użati f' Malta kif ukoll Dizzjunarju tal-Mediċina).

Kienu ħafna x-xogħlijiet enċiklopediċi li nkitbu matul is-sekli, imma t-terminu enċiklopedija beda l-ewwel jiġi intużat biex jiddeskrivi dawn ix-xogħlijiet sa mis-seklu sittax.

Jekk wieħed jiġġeneralizza, hemm żewġ metodi ta' kif tiġi kklassifikata enċiklopedija, naraw li jew jiġu ikklassifikati f'ordni alfabetizzat,(li jikkonsisti f'numru ta' artikli separati organizzati fl-istess ordni alfabetiku), jew inkella organizzati f' kategoriji ta' ġerarkija. Tal-bidu huma l-iktar komuni, speċjalment fix-xogħlijiet ġenerali.

Brockhaus Lexikon
Brockhaus Konversations-Lexikon, 1902
Alfons Maria Galea

Alfons Maria Galea (Valletta, 23 ta’ April 1861 - Balzan, 30 ta’ Lulju 1941), magħruf bħala s-Sur Fons, kien filantropu, senatur u awtur Malti.

Bin Pietru Pawl u Mary Carmen imwielda Galea, Alfons Maria kien ir-raba' fost sitt aħwa. Huwa ħa l-ewwel tagħlim fid-dar tal-ġenituri tiegħu mingħand l-għalliem u kittieb Annibale Preca li kien skrivan ma' missieru. Ta' 8 snin bagħtuh jistudja għand il-Ġiżwiti ta’ Għawdex fejn dam tmien snin, u wara attenda l-Kulleġġ tal-Freres f’Marsilja.

Fondazzjoni Wikimedia

Il-Fondazzjoni Wikimedia hi organizzazzjoni bla profitt ibbażata f'San Pietruburgu, fil-Florida ġewwa l-Istati Uniti u mmexxija skond il-liġijiet tal-istat ta' Florida. Hi topera diversi proġetti kollaborattivi li jinkludu l-Wikipedija, il-Wikizzjunarju, il-Wikikwota, il-Wikitbiet (li jinkludi l-Wikijunior), il-Wikisors, il-Wikimedia Commons, il-Wikispeċi, il-Wikibarijiet, il-Wikiversità, il-Wikimedia Incubator u l-Meta-Wiki.

Il-ħolqien tagħha ġie imħabbar mill-fundatur tal-Wikipedija, Jimmy Wales, li kien qed iħaddem il-Wikipedija fil-kumpanija tiegħu Bomis fl-20 ta' Ġunju, 2003.

Klassifikazzjoni bijoloġika

Fix-xjenzi bijoloġiċi, il-klassifikazzjoni hu kunċett li jirreferi għal kif il-bijoloġiċi jiggruppaw, jissistemaw u jikkategorizzaw id-diversi entitajiet tal-organiżmi ħajjin u tal-fossili.

Minn mindu Carolus Linnaeus (Linnew), ippubblika is-Systema naturae, li fiha pprova jiggruppa l-ispeċi kollha skont il-karatteristiki morfoloġiċi komuni bejniethom, sa issa, meta ġew irranġati skont it-teorija evoluzzjonista tad-dixxendenza proposta minn Charles Darwin, saru modifikazzjonijiet kontinwament tas-sistema ta' gruppament biex din tiġi dejjem iżjed perfezzjonata.

Il-klassifikazzjoni xjentifika hi r-riżultat tax-xjenzi evoluttivi u ġejja fil-parti l-kbira mit-tassonomija u mis-sistematika, imma hemm kontribuzzjoni wkoll mill-istudji u r-riċerki kollha li jinvestigaw il-ħlejjaq ħajjin, kemm fil-bijoloġija u kemm fix-xjenzi l-oħra.

Lino Cassar

Lino Cassar (3 ta' Jannar 1935 - Mosta, 9 ta' Novembru 2012) kien ġurnalist xellugi Malti f'karriera li wasslitu biex fl-2007 kien rikonoxxut bil-Premju tad-Deheb fil-Ġurnaliżmu.

Nicolae Ceaușescu

Nicolae Ceaușescu (Scornicești, 26 ta' Jannar 1918 – Târgoviște, 25 ta' Diċembru 1989) kien politiku Komunista Rumen. Hu kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Komunista Rumen bejn l-1965 u l-1989, u b'hekk it-tieni u l-aħħar kap Komunista tar-Rumanija. Hu kien ukoll il-mexxej tal-pajjiż mill-1967 bħala President tal-Kunsill tal-Istat u mill-1974 bħala President tar-Repubblika sakemm ġie mneħħi fir-Rivoluzzjoni Rumena tal-1989.

Papat ta' Avignon

Il-Papat ta' Avignon jirreferi għar-residenza tal-Papa f'Avignon (Franza). Din ir-reżidenza 'l bogħod mir-reżidenza storika f'Ruma (l-Italja) minn żmien San Pietru, hi maqsuma f'żewġ perjodi konsekuttivi:

L-ewwel perjodu, mill-1309 sal-1378, dak tal-papat ta' Avignon proprju, jikkorrispondi għaż-żmien meta l-papa, rikonoxxut bħala l-uniku mexxej tal-Knisja Kattolika Rumana u l-qorti tiegħu kienu installati fil-belt ta' Avignon minflok f'Ruma.

It-tieni perjodu, mill-1378 sal-1418, jikkorrispondi max-Xiżma l-Kbira tal-Punent meta żewġ Papiet rivali (u forsi tlieta) riedu jirrenjaw fuq il-Kristjaneżmu, wieħed installat f'Ruma u wieħed f'Avignon.

Rasputin

Grigorij Efimovič Rasputin (Novyj) (bir-Russu: Григо́рий Ефи́мович Распу́тин (Но́вый)), magħruf l-iżjed bħala Rasputin (Pokrovskoye, 22 ta' Jannar 1869 – San Pietruburgu, 30 ta' Diċembru 1916) kien patri Russu. Grigorij Rasputin twieled f'belt żgħira fis-Siberja fejn ken jgħix ta' gabillot sakem iddeċieda li jidħol patri. Kiseb fama tant kbira għall-qawwa li jfejjaq il-morda li ġie mistieden bosta drabi fil-qorti taz-Zar Nikola II, l-aħħar Zar tar-Russja. F'waħda minn dawn l-okkażżjonijiet ġie ppreżentat liz-Zarina Aleksandra Fëdorovna Romanova, li baqgħet sedotta għal kollox bil-qawwa li biha Rasputin irnexxielu jsalva l-ħajja tal-eredi għat-trono, binha, Aleksej Nikolaevič Romanov li kien ibati bl-emofilja. Minn dak il-mument 'l hemm iz-Zarina saret taħlef b'Rasputin għal qawwa li kellu biex ifejjaq u b'hekk il-patri Siberjan tant kiseb poter fil-gvern u fost in-nobbiltà Russa li għamel ħafna għedewwa fost il-prinċpijiet qawwijin bħal Feliks Jusupov, li ordna l-qtil tiegħu.

Rosalba Carriera

Rosalba Carriera (7 ta' Ottubru, 1675 – 15 ta' April, 1757) kienet pittriċi Venezjana tal-istil rokokò. F'żgħożitha speċjalizzat fil-pittura tal-minjaturi. Aktar tard saret magħrufa għax-xogħol tagħha bil-pastelli, mezz li jaqbel sewwa mal-istil rokokò.

San Ġennaru

San Ġennaru (Caroniti, 272 – Pozzuoli, 19 ta' Settembru 305) kien Isqof ta' Benevento, fl-Italja, li skond it-tradizzjoni, fi żmien il-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu miet martri flimkien ma' sitta oħra fosthom id-Djaknu u l-Lettur tiegħu, billi wara li kkundannawhom għall-mewt, tefugħom lill-iljuni fl-amfiteatru ta' Pozzuoli, fis-sena 305, iżda peress li l-iljuni ma missewhomx, qatluhom bil-qtugħ tar-ras. San Ġennaru huwa l-Patrun ewlieni ta' Napli, li fil-Katidral t'hemm jinsab demm magħqud, li t-tradizzjoni tgħid li huwa tal-qaddis u li jinħall tliet darbiet f'sena.

Santa Katarina ta' Lixandra

Santa Katarina ta' Lixandra hi qaddisa Nisranija u martri li mietet fil-bidu tas-seklu 4. Hi kienet waħda mill-qaddisin li kelmu lil Santa Ġovanna t'Arc. Fil-Knisja Ortodossa hi meqjusa bħala "martri kbira", u fil-knisja Kattolika Rumana, tradizjonalment jingħad li hi waħda mill-Erbatax il-Qaddejja Mqaddsa.

Voltaire

François-Marie Arouet, magħruf iżjed bil-laqam ta' Voltaire (Pariġi, 21 ta' Novembru 1694 – Pariġi, 30 ta' Mejju 1778) kien filosfu, kittieb, drammaturgu u poeta Franċiż. Kien wieħed mill-ikbar animaturi u esponenti tal-Illuminiżmu u l-isem ta' Voltaire jibqa' għal dejjem marbut ma' dan il-moviment kulturali.

Wiki

Wiki hu sit tal-web li jħalli l-utenti tiegħu iżidu, ibiddlu u jħassru l-kontenut permezz ta' navigatur tal-web, bl-użu ta' lingwaġġ ta' markatura semplifikat jew editur tat-test fuq-il-linja.Fi kliem ieħor hu ġabra ta' dokumenti ipertestwali li jiġu aġġornati mill-utenti u li l-kontenut tagħhom jiżviluppa bil-kollaborazzzjoni ta' dawk kollha li jaċċessawh (kontenut ġenerat mill-utenti). Il-modifika tal-kontenut hi miftuħa, fis-sens li t-test jista' jiġi modifikat mill-utenti kollha (xi minn daqqiet reġistrati u xi minn daqqiet anonimi) li jikkontribwixxu mhux biss billi jżidu, kif jiġri s-soltu fil-forums, imma jbiddlu u jħassru dak li kienu kitbu l-awturi ta' qabel. Kull bidla tiġi reġistrata f'kronoloġija biex f'każ ta' bżonn it-test jista' jinqaleb għall-verżjoni ta' qabel; l-għan hu l-informazzjoni titqassam, titpartat, tinħażen u tittejjeb b'mod kollaborattiv.

I-terminu "wiki" jista' jfisser ukoll is-software kollaborativ użat biex jinħoloq is-sit tal-web.

Wikipedija

Il-Wikipedija hija enċiklopedija ħielsa li kulħadd jista' jimmodifika.

Politika u linji gwida

Wikiħbarijiet

Il-Wikibarijiet huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia fejn fiha jiġu ppublikat aħbarijiet minn madwar id-dinja. Jimmy Wales iddistingwa lill-Wikibarijiet minn mal-Wikipedija hekk kif hu stqarr li "fuq il-Wikibarijiet, kull storja li tinkiteb tkun qed tinkiteb bħala aħbar, oppost għal artiklu ta' enċiklopedija." Il-politika tal-punto di vista newtrali espost mill-Wikibarijiet jiddistingwixxiha minn sfrozi ġurnalisti oħra bħal Indymedia u OhmyNews. B'kuntrast mill-ħafna proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia, il-Wikibarijiet tħalli x-xogħol oriġinali li jsir fil-format ta' rappurtaġġ oriġinali u intervisti.

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.