Brażil

Il-Brażil (Portugiż: Brasil), huwa l-akbar pajjiż fl-Amerika Latina. Huwa l-ħames l-ikbar pajjiż fid-dinja, kemm bħala art kif ukoll bħala popolazzjoni, b'iktar minn 193 miljun ruħ. Bl-Oċean Atlantiku fil-Lvant, il-Brażil għandu kosta twila 7,491 km (4,655 mil). Fit-tramuntana għandu tmiss miegħu il-Veneżwela, il-Gujana, is-Surinam u l-Gujana Franċiża; fil-majjistral il-Kolumbja; fil-punent il-Bolivja u l-Peru; fil-lbiċ l-Arġentina u l-Paragwaj u fin-nofsinhar l-Urugwaj. It-territorji Brażiljan għandu ukoll ħafna arċipelagi, fosthom Fernando de Noronha, Rocas Atoll, Saint Peter and Paul Rocks, u Trindade and Martim Vaz. Il-pajjiżi kollha tal-Amerika t'Isfel, barra l-Ekwador u ċ-Ċili, imissu mal-Brażil.

Il-Brażil kien kolonja tal-Portugall mill-wasla ta' Pedro Álvares Cabral fl-1500, sal-1815, meta saret saltna bħala parti mir-Renju Unit tal-Portugal, Brażil u l-Algarvi. Ir-rabta imperjali infatti kienet diġà nqatgħet fl-1808 meta l-belt l-kapitali ta' dan l-Imperu ġiet trasferita minn Liżbona għal Rio de Janeiro, wara li Napuljun invada l-Portugall. L-indipendenza inkisbet fl-1822 bit-twaqqif tal-Imperu tal-Brażil, stat unitarju b'monarkija u sistema parlamentai. Fl-1889 sar repubblika parlamentari wara kolp ta' stat militari. Fl-1988, il-Brażil sar repubblika federali, iffurmara mid-Distrett Federali, 26 Stat u 5,564 Muniċipalità.

L-ekonomija Brażiljana hija s-seba' l-ikbar fid-dinja kemm fil-Prodott Gross Domestiku nominali u kemm fil-parità tal-poter ta' akkwist. Għandu waħda mill-ekonomiji li qed jikbru bl-iżjed rata mgħaġġla u r-riformi ekonomiċi li saru riċentament il-pajjiż kisbulu rikonoxximent u influwenza internazzjonali ħafna iżjed milli kellu.

Repubblika Federattiva tal-Brażil
(PT) República Federativa do Brasil
(PT) República Federativa do Brasil – Bandiera (PT) República Federativa do Brasil – Emblema
Mottu: "Ordem e Progresso"
Ordni u Progress
Innu nazzjonali: Hino Nacional Brasileiro

Brazil (orthographic projection)
Il-Brażil hija mmarkata bl-aħdar
Belt kapitaliBrażilja
15°47′S 47°52′W / 15.783°S 47.867°W
L-ikbar belt São Paulo
Lingwi uffiċjali Portugiż
Gvern Repubblika kostituzzjonali presidenzjali federali
 -  President Jair Bolsonaro
 -  Viċi-President Hamilton Mourão
 -  President tal-Kamra tad-Deputati Rodrigo Maia
 -  President tas-Senat Davi Alcolumbre
 -  President tal-Qorti Federali Suprema Gilmar Mendes
Indipendenza mir-Renju Unit tal-Portugall, il-Brażil u l-Algarves 
 -  Iddikjarata 7 ta' Settembru, 1822 
 -  Rikonoxxuta 29 ta' Awwissu 1825 
 -  Repubblika 15 ta' Novembru 1889 
 -  Kostituzzjoni attwali 5 ta' Ottubru 1988 
Erja
 -  Total 8,515,767 km2 (5)
3,287,597 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.65%
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2012 193,946,886[1] 
 -  Densità 22/km2 (182)
57/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $2.356 triljun[2] (7)
 -  Per capita $11,875[2] (77)
PGD (nominali) stima tal-2008
 -  Total $2.396 triljun[2] (7)
 -  Per capita $12,079[2] (58)
IŻU (2012) 0.730 (għoli) (85)
Valuta Real (BRL)
Żona tal-ħin UTC-43
UTC-33 (sajf) (UTC-4)
Kodiċi telefoniku +55
TLD tal-internet .br
1Il-Kungress Nazzjonali huwa fi Brasília.

Etimoloġija

L-isem "Brażil" ġej mill-pau-brasil (Caesalpinia echinata), siġra li qabel kienet tikber ħafna mal-kosta Brażiljana. Pau bil-Portugiż tfisser "għuda" u brasil jgħidu li ġejja minn brasa, li bil-Portugiż tfisser "ġamra". Billi l-pau-brasil jipproduċi żebgħa ħamra qawwija, dan kien iġib prezz tajjeb fl-industrija tad-drappijiet fl-Ewropa u kien l-ewwel prodott tal-Brażils fruttat kummerċjalment. Matul is-seklu sittax, il-popli indiġeni (l-iktar it-Tupi) kienu jaqtgħu ħafna minn dan l-injam u jbigħuh lin-negozjanti Ewropej (l-aktar Portugiżi, iżda ukoll Franċiżi) u dawn kienu jagħtuhom ħwejjeġ ta' konsum mill-Ewropa.

Fid-dokumenti Portugiżi, l-isem uffiċjali tal-art kien "l-Art tas-Salib Imqaddes" imma l-baħrin u kummerċjanti Ewropej kienu jsibuha bħala "l-Art tal-Brażil" (Terra do Brasil) minħabba n-negozju tal-Pau-Brasil. Xi baħrin tal-bidu kienu jsejħulha ukoll "l-Art tal-Pappagalli" (Terra di Papaga).

Fl-ilsien Guarani, il-Brażil jissejjaħ "Pindorama". Dan kien l-isem li l-popolazzjoni indiġena tat lir-reġjun, u jfisser "l-art tas-siġar tal-palm".

Storja

Storja Pre-kolonjali

L-eqdem fuħħar li nstab fl-Emisfera tal-Punent, għandu 8,000 sena, u ġie skavat fil-baċin tal-Amażonja fil-Brażil, qrib Santarem tal-lum, u hekk intwera li r-reġjun tal-foresta tropikali kellu kultura presitorika kumplessa; fir-reġjun kienu jgħixu mijiet ta' tribujiet nativi, bl-eqdem wieħed imur lura 10,000 sena fl-inħawi muntanjużi ta' Minas Gerais. It-territorju ta' dak li llum huwa l-Brażil kellu daqs 2,000 tribù, ħafna minnhom semi-nomadiċi li kienu jgħixu mill-kaċċa, sajd, ġbir ta' frott u agrikultura staġonali.

Il-popolazzjoni indiġena tal-Brażil kienet maqsum f'nazzjonijiet magħmula minn ħafna gruppi etnċi fosthom it-Tupi, il-Guaranì, il-Gês u l-Arawaki. Qabel ma waslu l-Ewropej, dawn kienu jissieltu ħafna bejniethom, minħabba differenzi kulturali, lingwistiċi u morali. Dawn kienu jispiċċaw fi gwerer kbar fuq l-art u fuq il-baħar, u b'kannibaliżmu ritwali fuq il-priġunieri tal-gwerra.

Meta waslu l-Portugiżi fl-1500 lin-nativi rawhom bħala "slavaġ tajba", u mill-ewwel bdew jitħalltu fiż-żwieġ magħhom. Il-ġlied tribali, il-kannibaliżmu u t-tfittxija għall-brazilwood wasslu lill-Portugiżi biex jikkonvinċu ruħhom li kellhom jiċċivilizzaw il-popolazzjoni indiġena. Iżda l-Portugiżi, bla ma kienu jafu ġabu l-mard magħhom, li kontrieh in-nies indiġeni ma setgħu jagħmlu xejn għax ma kinux immuni minnu. Ħosba, ġidri, tuberkolożi, gonorrea, u influwenza qatlu għaxriet ta' eluf. Dan il-mard infirex mar-rotot kollha kummerċjali tal-indiġeni, u tribujiet sħaħ inqerdu bla ma qatt kienu ġew f'kuntatt dirett mal-Ewropej.

Il-Kolonizzazzjoni Portugiża

L-Imperu Portugiż okkupa l-Brażil fit-22 ta' April 1500, bil-wasla tal-flotta Portugiża mmexxija minn Pedro Álvares Cabral. Il-Portugiżi ltaqgħu ma' popli indiġeni maqsumin f'ħafna tribuijiet. Minkejja li l-ewwel insedjament sar fl-1532, il-kolonizzazzjoni vera bdiet fl-1534, meta r-Re Dom João III tal-Portugal qasam it-territorju fi tnax -il Kolonja Awtonoma. Fl-1549 saret struttura ġdida u nħoloq il-Gvern Ġenerali tal-Brażil, kolonja waħda ċentralizzata. Fl-ewwel żewġ sekli l-indiġeni u l-Ewropej għexu fi ġlied kontinwu u meta kienu jagħmlu alleanza dan kien biex japprofittawhom ruħhom minn xulxin.

Minn nofs is-seklu sittax, iz-zokkor sar l-iktar prodott komuni ta' esportazzjoni, u l-iskjavi suwed Afrikani saru l-ikbar importazzjoni biex jaħdmu fil-pjantaġġuni tal-kannamieli taz-zokkor. Fi tmiem is-seklu sbatax l-esportazzjoni taz-zokkor bdiet tonqos u l-iskopertà tad-deheb mill-bandeirantes saret is-sinsla l-ġdida tal-ekonomija Brażiljana, u wasslet għall-Ġirja għad-Deheb u ġabet eluf ta' abitanti ġodda mill-Portugal u mill-kolonji tagħha. F'din l-era, ħakmiet oħra Ewropej ppruvaw jikkolonizzaw partijiet mill-Brażil, li iżda l-Portugiżi ma ħallewx, fosthom il-Franċiżi f'Rio f'nofs is-seklu sittax, f'Maranhão fil-bidu tas-seklu sbatax, u l-Olandiżi f'Bahia u Pernambuco, fil-Gwerra bejn l-Olandiżi u l-Portugiżi, fi tmiem l-Unjoni Iberika.

Biex il-Portugiżi jibqgħu jżommu l-monopolju fil-Brażil huma għamlu minn kollox biex irażżnu u jeqirdu r-ribelljonijiet u r-reżistenza tal-ilsiera, kif ġara fil-Quilombo dos Palmares fis-seklu sbatax, kif ukoll irażżnu kull moviment għall-awtonomija jew independenza, bħal fil-Kumplott ta' Minas fi tmiem is-seklu tmintax.

Referenzi

  1. ^ IBGE | Sala de imprensa | notícias | IBGE releases the population estimates of the municipalities in 2012. Saladeimprensa.ibge.gov.br
  2. ^ a b c d Brażil. International Monetary Fund
Arġentina

L-Arġentina hi nazzjon fl-Amerika.

Bolivja

Il-Bolivja, uffiċjalment magħrufa bħala l-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja (Spanjol: Estado Plurinacional de Bolivia), hija pajjiż interkjuż li tinsab fiċ-ċentru tal-Amerika t'Isfel. Għandha fruntiera mal-Brażil fit-tramuntana u lvant, Paragwaj u l-Arġentina fin-nofsinhar, iċ-Ċili għall-lbiċ, u l-Perù lejn il-punent.

CONMEBOL

Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Sud-Amerikan (bl-Ingliż: South American Football Confederation; bil-Franċiż: Confederación Sudamericana de Fútbol) magħrufha aħjar bħala l-CONMEBOL, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol ġewwa l-Amerika t'Isfel. Ġeneralment kważi kull tim f'din il-federazzjoni kellu żmien fejn iddomina permezz tal-plejers tiegħu, imma l-Arġentina, l-Brażil u l-Urugwaj huma tradizzjonalment l-aqwa timijiet f'dan il-kontinent, bil-Paragwaj u l-Perù li bdew jiddominaw ix-xena wkoll. It-timijiet tal-CONMEBOL kellhom ħafna suċċessi fit-Tazza tad-Dinja. Bl-erba' postijiet allokati għalihom fit-Tazza tad-Dinja minn 32 huma rnexxielhom jirbħu aktar min-nofs l-edizzjonijiet ta' din il-kompetizzjoni u għal ħafna snin, tnejn mill-ewwel ħamsa tal-klassifika tal-FIFA huma membri tal-CONMEBOL.

Copa América

Il-Copa América (bl-Ispanjol u l-Portugiż għal "Tazza Amerikana") hi l-kompetizzjoni għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel taħt il-konfederazzjoni tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel). Din il-kompetizzjoni hi l-eqdem kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja hekk kif din tmur lura lejn l-1916. Il-pajjiżi parteċipanti huma l-Arġentina, il-Brażil, il-Bolivja, iċ-Ċili, l-Ekwador, il-Kolombja, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Veneżwela. Żewġ timijiet minn konfederazzjonijiet oħra ikomplu l-kwadru ta' tnax-il tim parteċipant: il-Messiku hu pajjiż regolari f'din il-kompetizzjoni wara l-ewwel invit fl-1993. M'hemm l-ebda fażi ta' kwalifikazzjoni: l-għaxar timijiet tal-CONMEBOL jikkompetu bi dritt, u oħrajn b'invit. L-aqwa tim klassifikat fil-kompetizzjoni u li hu membru tal-CONMEBOL għandu d-dritt li jipparteċipa fl-edizzjoni suċċessiva tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-FIFA, imma mhuwiex obbligat li jagħmel dan.

Ekwador

L-Ekwador ( ˈɛkwədɔr ), uffiċjalment ir- Repubblika tal-Ekwador (Spanjol:República del Ecuador), li letteralment tittraduċi bħala "Repubblika tal-Ekwatur") hi repubblika demokratika rappreżentattiva fl-Amerika t'Isfel, hi mdawwara mill-Kolombja fit-tramuntana, il-Peru fil-lvant u n-nofsinhar, u mill-Oċean Paċifiku lejn il-punent. Hi u ċ-Ċili huma l-uniċi żewġ pajjiżi fl-Amerika t'Isfel li m'għandhomx fruntiera mal-Brażil. L-Ekwador tinkludi wkoll il-Gżejjer Galápagos fil-Paċifiku, li jinsabu madwar 1,000 kilometru (620 mi) mill-punent 'l bogħod mill-pajjiż prinċipali.

Kaptan (futbol)

Il-kaptan tat-tim tat-tim tal-futbol, hu membru ta' tim li hu magħżul biex ikun il-kap tat-tim fil-grawnd: ħafna drabi dan ikun wieħed mill-aktar membri esperjenzati tal-klabb jew l-iktar wieħed ta' età, jew plejer li jista' jinfluwenza ħafna l-logħba. Il-kaptan hu identifikat permezz tal-faxxa li tintlibes fuq l-id.

Klassifika dinjija tal-FIFA

Il-Klassifika dinjija tal-FIFA hija sistema ta' klassifikazzjoni tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel tal-futbol, li attwalment hi ggwidata minn Spanja. It-timijiet membri tal-FIFA, il-federazzjoni li tħares il-logħba tal-futbol madwar id-dinja, huma pożizzjonati skont ir-riżultati tal-logħob tagħhom, bit-timijiet bl-aktar suċċess ikunu fl-aktar postijiet għoljin. Introdotta f'Diċembru tal-1992, seba' timijiet waslu sal-quċċata (l-Arġentina, il-Brażil, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u Spanja), fejn il-Brażil qatta' l-aktar żmien fl-ogħla pożizzjoni.

Sistema ta' punti hija wżata, bil-punti jiġu mogħtija skont ir-riżultati tal-partiti rikonoxxuti mill-FIFA. Taħt is-sistema attwali, il-klassifika hija bbażata skont il-prestazzjoni tat-tim fl-aħħar erba' snin, bir-riżultati l-aktar riċenti u il-logħbiet iktar sinjifikanti jkollhom iktar piż sabiex ikun rifless l-istat kompetittiv tat-tim. Il-bidla li saret wara t-Tazza tad-Dinja 2006 rat bidla li r-riżultati mill-aħħar erba' snin jiġu kkunsidrati u mhux aktar tal-aħħar tmienja. Dan wara kritika li l-klassifiki ma kinux jirriflettu s-saħħa relattiva tat-timijiet nazzjonali.

Kolombja

Il-Kolombja ( kəˈlʌmbiə ), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Kolombja (Spanjol:República de Colombia), hija repubblika kostituzzjonali unitarja li tinkludi tnejn u tletin dipartiment. Hi tinsab fil-majjistral tal-Amerika t'Isfel, u tmiss mal-Panama fil-majjistral; fit-tramuntana tmiss mal-Baħar Karibew; lejn il-lvant mal-Veneżwela u l-Brażil; fin-nofsinhar mal-Ekwador u l-Peru; u mal-Oċean Paċifiku fil-punent. Il-Kolombja hija s-26 l-akbar pajjiż mill-erja u r-raba' l-akbar fl-Amerika t'Isfel. B'aktar minn 46 miljun ruħ, hi mqiegħda fis-27 post fid-dinja skont il-popolazzjoni u għandha t-tieni l-akbar popolazzjoni li jitkellmu bl-Ispanjol fid-dinja wara l-Messiku.

Messiku

Il-Messiku ( ˈmɛksɨkoʊ ; Spanjol:México; ( ˈme.xi.ko ), uffiċjalment l-Istati Uniti Messikani

( Estados Unidos Mexicanos ), huwa repubblika federali kostituzzjonali fl-Amerika. Hu jmiss fit-tramuntana mill-Istati Uniti; fin-nofsinhar u l-punent mill-Oċean Paċifiku; l-Lbiċ mill-Gwatemala, Beliże, u l-Baħar Karibew; u fil-lvant mill-Golf tal-Messiku. Il-pajjiż ikopri kważi żewġ miljun kilometru kwadru (aktar minn 760,000 mi kw), Il-Messiku hu l-ħames l-akbar pajjiż fl-Ameriki mill-erja totali u t-13 l-akbar nazzjon indipendenti fid-dinja, b'popolazzjoni stmata ta' aktar minn 124-il miljun, huwa l-ħdax l-aktar popolat u l-aktar pajjiż li jitkellem bl-ispanjol fid-dinja — minbarra li huwa t-tieni l-aktar pajjiż popolat fl-Amerika Latina, wara l-Brażil. Il-Messiku huwa federazzjoni li jinkludi wieħed u tletin stat u Distrett Federali, l-belt kapitali.

Paragwaj

Il-Paragwaj, uffiċjalment ir-Repubblika tal-Paragwaj (Gwarani: Tetã Paraguái, Spanjol: República del Paraguay), hi pajjiż interkjuż fl-Amerika t'Isfel, imdawwra mill-Arġentina minn nofsinhar u l-lbiċ, il-Brażil lejn il-lvant u l-grigal, u l-Bolivja għall-majjistral. Il-Paragwaj tinsab fuq iż-żewġ banek tax-Xmara Paragwaj, li tgħaddi miċ-ċentru tal-pajjiż mit-tramuntana san-nofsinhar. Minħabba l-post ċentrali tagħha fl-Amerika t'Isfel, hija ħafna drabi tiġi riferuta bħala Corazón de América ("Qalb tal-Amerika").

Perù

Il-Perù ( pəˈruː (Spanjol:Perú), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Perù (Spanjol:República del Perú), hu pajjiż li jinsab fil-Punent tal-Amerika t'Isfel. Imiss mal-Ekwador u l-Kolombja fit-tramuntana, fil-lvant mal-Brażil, fil-lbiċ mal-Bolivja, fin-nofsinhar maċ-Ċili, u fil-punent mal-Oċean Paċifiku.

It-territorju Peruvjan rawwem ħafna kulturi antiki li fosthom insibu ċ-Ċivilizzazzjoni Norte Chico, waħda mill-eqdem fid-dinja u l-Imperu Inca, l-akbar stat fl-Amerika Pre-Kolombjana. L-Imperu Spanjol ikkonkwista r-reġjun fis-seklu 16 u stabbilixxa l-Virreinato (Viċirenju), li nkluda l-parti l-kbira tal-kolonji tiegħu fl-Amerika t'Isfel. Wara li inkisbet l-indipendenza fl-1821, il-Perù kellu perjodi ta' inkwiet politiku u kriżi fiskali kif ukoll perjodi ta' stabbiltà u titjib ekonomiku.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, ħafna drabi sempliċement magħrufha bħala t-Tazza tad-Dinja, hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li tintlagħab mit-timijiet nazzjonali li huma membri tal-Fédération Internationale de Football Association (FIFA). Dan il-kampjonat ra l-bidu tiegħu fl-1930 u kompla sejjer kull erba' snin, ħlief fl-1942 u l-1946 minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-rebbieħ attwali huwa l-Ġermanja li rebħet l-edizzjoni tal-2014 fil-Brażil.

Il-format attwali tal-kompetizzjoni jinvolvi fażi ta' kwalifikazzjoni li ssir fit-tliet snin ta' qabel il-fażi finali, li tiddetermina it-32 tim (fosthom il-pajjiż ospitanti) li jagħmluha għal din il-fażi. Il-logħob jintlagħbu kollha fi grawnds mifruxa fil-pajjiż(i) ospitanti fuq medda ta' xahar.

Matul l-20 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, tmien pajjiżi għollew it-trofew. Il-Brażil rebħu t-Tazza tad-Dinja total ta' ħames darbiet, u huma l-uniċi li ħadu sehem f'kull f'kull edizzjoni. L-Italja u l-Ġermanja ttrijonfaw għal erba' darbiet kull wieħed; l-Arġentina u l-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni inawgurali, ħadu t-titlu darbtejn kull wieħed; u l-Ingilterra, Franza u Spanja ħadu titlu wieħed kull wieħed.

Minbarra li hi meqjusa bħala l-ogħla unur fil-logħba tal-futbol, it-Tazza tad-Dinja hija l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, qabel il-Logħob Olimpiku; it-total tal-udjenza li nġabret tara l-logħob kienet ta' 26.29 biljun ruħ, b'715.1 miljun persuna jaraw il-finali.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 kienet it-tmintax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan sar bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju 2006 ġewwa l-Ġermanja, li kisbet id-dritt li tospita dan it-turnew f'Lulju tas-sena 2000. Kien hemm 198 tim nazzjonali li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni mis-sitt konfederazzjonijiet, fażi li bdiet f'Settembru tal-2003. Wieħed u tletin tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, flimkien mal-pajjiż ospitu tal-Ġermanja.

Dan it-turnew ġie mirbuħ mill-Italja wara li fil-finali għelbu lil Franza 5–3 wara l-għoti tal-penalties, wara li l-partita sal-ħin supplementari baqgħet fissa 1–1. B'hekk l-Italja kisbet ir-raba' titlu mondjali. Fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, il-Ġermanja rebħet lill-Portugall bl-iskor ta' 3–1 biex kisbet it-tielet post.

It-Tazza tad-Dinja 2006 tibqa' fost l-iktar avvenimenti qatt segwiti fuq it-televiżjoni hekk kif laħqet kwota ta' 26.29 biljun spettatur (mhux uniku), matul il-kampjonat kollu. Il-finali attirat udjenza rekord ta' 715.1 miljun persuna. Bħala r-rebbieħ, l-Italja rrapreżentat lid-Dinja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali, li ssir kull erba' snin mill-FIFA. Dan it-turnew jinvolvi lir-rebbieħa individwali tal-kampjonati tas-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA (CAF, CONMEBOL, UEFA, AFC, OFC, CONCACAF) flimkien mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u l-pajjiż ospitu, biex iġib in-numru ta' parteċipanti għal tmienja.

Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Franza hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza. It-tim kellu suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1998 li sar f'pajjiżu, u spiċċa wkoll it-tieni fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja. Sa dak iż-żmien, Franza kienet rebħet l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000. It-tim hu mmexxi mill-French Football Federation u jikkompeti bħala membru tal-UEFA.

Franza spiċċat l-ewwel, it-tieni u t-tielet kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf. Hu hu l-uniku tim li rnexxielu jasal sa dal-punt.

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil (bil-Portugiż: Seleção Brasileira) jirrapreżenta lill-Brażil fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Confederação Brasileira de Futebol. Ilhom membri tal-FIFA mill-1923 u membri tal-CONMEBOL mill-1916.

Il-Brażil huwa l-aktar pajjiħ titolat fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, b'ħames titli: 1958, 1962, 1970, 1994 u 2002. Fost tit-titli mirbuħa hemm ukoll tmien suċċessi fil-Copa America u erba' fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Dan il-pajjiż huwa l-uniku tim nazzjonali li lagħab f'kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja mingħajr qatt ma tilef waħda.Ħafna kummentaturi distinti jikkunsidraw lit-tim Brażiljan tal-1970 bħala l-aqwa tim fl-istorja, għalkemm ħafna jargumentaw l-istess ħaġa għal timijiet oħra, fosthom it-tim Brażiljan tal-1958 u tal-1962.Attwalment, fil-klassifika dinjija tal-FIFA, huma jinsabu fit-3 post. Il-Brażil huwa l-uniku tim li rebaħ it-Tazza tad-Dinja f'erba' kontinenti differenti: darba fl-Ewropa (Żvezja 1958), darba fl-Amerika t'Isfel (Ċili 1962), darbtejn fl-Amerika ta' Fuq (Messiku 1970 u Stati Uniti 1994) u darba fl-Asja (Korea/Ġappun 2002). Flimkien ma' Spanja jaqsum ir-rekord ta' 35 logħba konsekuttiva mingħajr telfa.

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja

It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja (Pollakk:Reprezentacja Polski w piłce nożnej) jirrappreżenta l-Polonja fil-futbol u huwa kkontrollat ​​mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Polonja, il-korp governattiv għall-futbol fil-Polonja. Il-Polandja jilgħabu fil-Grawnd Nazzjonali ġewwa Varsavja u l-kowċ attwali tagħhom huwa Waldemar Fornalik.

L-aktar tim Pollakk magħruf kien dak tas-1970ijiet li żamm l-Ingilterra fid-dro ġewwa Wembley biex jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 1974. Huma għelbu lil Brażil 1–0 niex b'hekk kisbu t-tielet post fit-turnew, bl-attakkant Grzegorz Lato jirbaħ iż-Żarbuna tad-Deheb għas-seba' gowls tiegħu. Il-Polonja wkoll spiċċaw it-tielet fil-Tazza tad-Dinja 1982 billi għelbu lil Franza 3–2 fil-logħba tat-tielet post.

Il-Polonja rebħu wkoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tas-sajf 1972 ġewwa Munich; il-midalja tal-fidda fl-1976 ġewwa Montreal; u midalja tal-fidda oħra fl-1992 ġewwa Barċellona. Is-suċċess Olimpiku tagħhom kien megħjun mill-iskwadra dilettanta kompletament.

Il-Polonja kwalifikaw l-ewwel fil-Kampjonati Ewropej tal-Futbol fl-2008. Huma wkoll kwalifikati awtomatikament għall-Kampjonati Ewropej 2012 billi huma kienu ospiti konġunti mal-Ukrajna. Huma spiċċaw fil-qiegħ tal-grupp tagħhom fiż-żewġ okkażjonijiet.

Urugwaj

L-Urugwaj ( ˈjʊərəɡwaɪ , uffiċjalment ir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj u xi kultant imsejjħa ir-Repubblika tal-Lvant tal-Urugwaj (Spanjol:República Oriental del Uruguay), hi pajjiż fil-parti tax-xlokk tal-Amerika t'Isfel. Hija dar ta' 3.3 miljun persuni, li 1.8 miljun minnhom jgħixu fil-kapital Montevideo u fiż-żona metropolitana. Stima ta' 88% tal-popolazzjoni hija ta' dixxendenza Ewropea. Bl-erja ta' madwar 176,000 kilometru kwadru, l-Urugwaj hija t-tieni l-iżgħar nazzjon fl-Amerika t'Isfel mill-erja, wara s-Surinam.

Colonia del Sacramento, wieħed mill-eqdem insedjamenti Ewropej fil-pajjiż, twaqqaf mill-Portugiżi fl-1680. Montevideo twaqqfet mill-Ispanjoli fis-seklu 18 kmieni bħala fortizza militari. L-Urugwaj rebħet l-indipendenza tagħha bejn l-1811 u l-1828, wara ġlied ma' Spanja, Portugall, Arġentina u l-Brażil. Hija repubblika kostituzzjonali demokratika, bi President li huwa kemm kap ta' stat u kap tal-gvern.

Pajjiżi fl-Amerika t'Isfel
Stati sovrani Arġentina · Bolivja · Brażil · Ċili · Ekwador · Gujana · Kolombja · Paragwaj · Perù · Surinam · Trinidad u Tobago · Urugwaj · Veneżwela
Dipendenzi u
territorji oħrajn
Aruba · Bonaire · Curaçao · Gżejjer Falkland · Gujana Franċiża · Ġeorġja tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.