Ġappun

Il-Ġappun (Ġappuniż:日本 Nippon jew Nihon; formalment 日本国 Nippon-koku jew Nihon-koku, litteralment "[l-i]Stat tal-Ġappun") huwa pajjiż fl-Asja tal-Lvant. Huwa jinsab fl-Oċean Paċifiku, fil-lvant tal-Baħar tal-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea ta' Fuq, il-Korea t'Isfel u r-Russja, il-pajjiż jiġġebbed mill-Baħar ta' Okhotsk fit-tramuntana sal-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant u t-Tajwan fin-nofsinhar. Il-karattri li jiffurmaw l-isem tal-Ġappun jfisser "l-oriġini tax-xemx", minħabba li l-Ġappun huwa ħafna drabi riferut bħala l-"Art tax-xemx tila". Il-Ġappun huwa arċipelagu ta' 6,852 gżejjer. L-akbar erba' gżejjer huma Honshu, Hokkaido, Kyushu, u Shikoku, li flimkien jikkostitwixxu madwar sebgħa u disgħin fil-mija tal-art Ġappuniża. Il-Ġappun għandu l-għaxar l-akbar popolazzjoni tad-dinja, b'aktar minn 126 miljun persuna. Il-Belt kapitali tal-Ġappun hija Tokjo li hija l-akbar żona metropolitana fid-dinja, b'aktar minn 30 miljun residenti.

Ġappun
日本国ة
Nippon-koku
日本国ة Nippon-koku – Bandiera 日本国ة Nippon-koku – Emblema
Innu nazzjonali: "Kimigayo"
"君が代"
Japan (orthographic projection)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Tokjo
35°41′N 139°46′E / 35.683°N 139.767°E
Lingwi uffiċjali Il-pajjiż m'għandhux lingwa uffiċjali.[1]
Gvern Demokrazija parlamentari unitarja taħt monarkija kostituzzjonali
 -  Imperatur Naruhito
 -  Prim Ministru Shinzō Abe
Formazzjoni
 -  Jum il-Fondazzjoni Nazzjonali 11 ta' Frar 660 QK[2] 
 -  Kostituzzjoni Meiji 29 ta' Novembru 1890 
 -  Kostituzzjoni kurrenti 3 ta' Mejju 1947 
 -  Trattat tal-Paċita' San Francisco 28 ta' April 1952 
Erja
 -  Total 377,944 km2 (62)
145,925 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.8
Popolazzjoni
 -  stima tal-2012 126,659,683[4] (10)
 -  ċensiment tal-2010 128,056,026[3] 
 -  Densità 337.1/km2 (36)
873.1/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $4.779 triljun[5] (4)
 -  Per capita $37,525[5] (23)
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $5.150 triljun[5] (3)
 -  Per capita $40,442[5] (14)
IŻU (2013) Increase 0.912[6] (għoli ħafna) (10)
Valuta Jen (JPY)
Żona tal-ħin JST (UTC+9)
Kodiċi telefoniku +81
TLD tal-internet .jp

Referenzi

  1. ^ (Ġappuniż) 法制執務コラム集「法律と国語・日本語」. Legislative Bureau of the House of Councillors
  2. ^ Skond il-leġġenda, il-Ġappun kienet fundata f'din id-data mill-Imperatur Jimmu, l-ewwel imperatur tal-pajjiż.
  3. ^ (Ingliż) Key Indicators. Statistics Bureau of Japan, 2012
  4. ^ (Ingliż) Japanese population decreases for third year in a row
  5. ^ a b c d Ġappun. International Monetary Fund. Aċċess tal-URL: 19 ta' April 2012.
  6. ^ (Ingliż) HDRO (Human Development Report Office) United Nations Development Programme. Nazzjonijiet Uniti, 2013. Aċċess tal-URL: 14 ta' Marzu 2013.
Asja

L-Asja hija l-akbar kontinent (iktar minn erba' darbiet id-daqs tal-Ewropa u kważi terz tal-artijiet kollha f'wiċċ id-dinja) u hija l-unika kontinent li jmiss ma' tliet oċeani differenti: l-Oċean Atlantiku, l-Oċean Indjan u l-Oċean Paċifiku.

L-Asja tmiss mal-Ewropa u magħha tifforma massa kbira kontinentali, magħrufa wkoll bħala l-Ewrasja; bejn iż-żewġ kontinenti hemm il-Muntanji Kawkasiċi u l-Muntanji Urali.

Xi wħud mill-eqdem ċiviltajiet ġew mill-Asja; fosthom hemm is-Sumeri, iċ-Ċina u l-Indja. Iċ-Ċina u l-Indja huma wkoll l-iktar żewġ pajjiżi popolati fid-dinja. Ta' min jgħid ukoll li l-Asja hija l-iktar kontinent popolat fid-dinja, li jammonta għal 3/5 tal-popolazzjoni dinjija.

Ażerbajġan

L-Ażerbajġan ( ˌæzərbaɪˈdʒɑːn ; Ażerbajġani:Azərbaycan), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Ażerbajġan (Ażerbajġani:Azərbaycan Respublikası), hu l-akbar pajjiż fir-reġjun Kawkasja tal-Ewroasja. Il-pajjiż huwa magħruf għar-rikezza taż-żejt mhux raffinat u r-riservi tal-gass naturali Magħrufa għall-rikezza tiegħu ta 'żejt mhux raffinat u riservi tal-gass naturali, l-Ażerbajġan imiss mill-Baħar Kaspju lejn il-lvant, r-Russja lejn it-tramuntana, il-Ġeorġja lejn il-majjistral, l-Armenja lejn il-punent, u l-Iran lejn in-nofsinhar. L-enklav ta' Nakhchivan huwa mdawwar mill-Armenja fit-tramuntana u l-lvant, l-Iran lejn in-nofsinhar u l-punent u bordura qasira mat-Turkija lejn il-majjistral.

Bangladexx

Bangladexx hi nazzjon fl-Asja.

Brunej

Il-Brunej uffiċjalment in-Nazzjon tal-Brunej (Malajan: Negara Brunei Darussalam, Jawi: نڬارا بروني دارالسلام, Għarbi: دولة بروناي, دار السلام), hu stat sovran li jinsab fuq il-kosta tat-tramuntana tal-gżira ta' Borneo, fix-Xlokk tal-Asja. Apparti mill-kosta taiegħu mal-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, huwa kompletament imdawwar mill-istat ta' Sarawak, Malasja, u huwa separat f'żewġ partijiet mill-distrett Sarawak ta' Limbang. Huwa l-uniku stat kompletament sovran fuq il-gżira ta' Borneo. Il-bqija tal-gżira tappartieni għall-Malasja u l-Indoneżja. Il-Popolazzjoni tal-Brunej kienet ta' 401,890 f'Lulju 2011.

It-Tieni Gwerra Dinjija

It-Tieni Gwerra Dinjija kien kunflitt mondjali li involva l-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, b'mod speċjali l-pajjiżi l-iktar avvanzati maqsumin f'żewġ alleanzi militari opposti: L-Alleati u l-Qawwiet tal-Assi. Din il-gwerra involviet il-mobilitazzjoni ta' 'l fuq minn 100 miljun rekluta militari, b'hekk hi meqjusa bħala l-iktar gwerra mifruxa fl-istorja. Fi stat ta' "gwerra totali", il-partiċipanti maġġuri poġġew il-kapaċitajiet ekonomiċi, industrijali, u xjentifiċi għas-servizz ta' isforz belliku, bl-injorar tad-distinzjoni bejn riżorsi militari u dawk ċivili. Iktar minn 70 miljun ruħ, il-maġġoranza tagħhom ċivili, inqatlu f'dan il-konflitt, li għalhekk jitqies bħala l-iktar imdemmi fl-istorja umana. In-nefqa finanzjarja totali tal-gwerra hi stimata li laħqet triljun dollaru amerikan, b'hekk hi ukoll l-iktar gwerra li swiet flus.

Il-bidu tal-gwerra hu meqjus li hu Settembru 1939 bl-invażjoni tal-Polonja, u d-dikjarazzjoni ta'gwerra fuq il-Ġermanja mir-Renju Unit, Franza u d-Dominji Britanniċi. L-Allejati kienu rebbieħa, bil-Ġermanja ċċedi fit-8 ta' Mejju 1945, u r-rebħa fuq il-Ġappun fit-2 ta' Settembru.

L-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti ħarġu mill-kunflitt bħala ż-żewġ superpotenzi maġġuri. Din is-sitwazzjoni fetħet il-Gwerra l-Bierda, li damet 45 sena. Il-Ġnus Magħquda ġew iffurmati bit-tama li jiġi evitat kunflitt ieħor bħal dan. L-idea ta' determinazzjoni nazzjonali imbuttata mill-gwerra aċċelerat il-moviment ta' dekolonizazzjoni fl-Asja u l-Afrika, filwaqt li fl-Ewropa tal-Punent stess bdiet miexja lejn l-integrazzjoni.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, it-telfa tal-Ġermanja, ffirmata fit-Trattat ta' Versailles imponiet fuq dan il-pajjiż it-telfien ta' parti mdaqqsa mit-territorju, ċaħdet l-annessjoni ta' stati oħra, llimitat id-daqs tal-forzi armati Ġermanizi, u imponiet reparazzjonijiet finanzjarji kbar ħafna. Ir-Rivoluzzjoni Russa tal- 1917 u l-gwerra ċivili li din ikkawżat, wasslu għall-ħolqien tal-Unjoni Sovjetika li malajr ġiet taħt il-ħakma ta' Joseph Stalin. Fl-Italja, Benito Mussolini ħataf il-poter bħala dittatur faxxist bil-wiegħda li joħloq "Imperu Ruman Ġdid". Il-Partit Kuomintang fiċ-Ċina beda Spedizzjoni fit-Tramuntana (1926-1927) bħala programm ta' unifikazzjoni nazzjonali, kontra sinjuri tal-gwerra Ċiniżi tas-snin għoxrin, imma spiċċa mgħarraq fi gwerra ċivili kontra l-ex alleati, il-Partit Komunista Ċiniż. Fl-1931, l-Imperu Ġappuniż, li kien ilu ħafna jipprova jespandi l-influwenza tiegħu fiċ-Ċina, taħt il-kunċett tad-dritt li jaħkem fuq l-Asja, uża l-Inċident ta' Mukden bħala ġustifikazzjoni biex jinvadi l-Manċurja; iż-żewġ nazzjonijiet tqabdu f'bosta kunflitti zgħar sad-Dikjarazzjoni Tanggu li ħabbret il-waqfien tal-gwerra fl-1933.

In-Nazzjonal-Soċjalist Adolf Hitler sar il-mexxej tal-Ġermanja fl- 1933 u fis beda kampanja kbira ta'riarmament. Dan ħasseb lil Franza u r-Renju Unit, li kienu batew ħafna fl-aħħar gwerra, kif ukoll l-Italja, li rat l-ambizzjonijiet territorjali tagħha jiddalmu minħabba dawk tal-Ġermanja. Biex jiżgura l-alleanza, il-Franċiżi ħallew lill-Italja ħielsa fl-operazzjonijiet tagħha fl- Etjopja, li l-Italja xtaqet taħtaf. Din is-sitwazzjoni ġiet aggravata fl-1935 meta s-Saarland ingħaqdet legalment mal-Ġermanja, u Hitler rrinunzja t-Trattat ta' Versailles, għaġġel ir-remilitarizazzjoni u daħħal il-lieva. Bl-isperanza li tinżamm il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza u l-Italja ffurmaw il-Front ta' Stresa. L-Unjoni Sovjetika, mbeżża mill-għanijiet tal-Ġermanja li taħtaf art fil-Lvant tal-Ewropa, kkonkluda trattat ta' assistenza militari ma' Franza.

Qabel jieħu effett, dan il-patt Franco-Sovjetiku kellu jgħaddi mill-burokrazija tal- Lega tan-Nazzjonijiet, li spiċċa jagħmlu bla saħħa. Biex iktar tikkomplika s-sitwazzjoni, f'Ġunju tal-1935, ir-Renju Unit iffirma trattat Navali indipendenti mal-Ġermanja, jħoll ħafna mir-restrizzjonijiet ta' qabel. L-Istati Uniti, minħabba l-ġrajjiet fl-Ewropa u l-Asja, għadda l-Att tan-Newtralità' f'Awissu. F'Ottubru, l-Italja invadiet l-Ewropa, bil-Ġermanja tkun l-uniku pajjiż fl-Ewropa li ma kkundannatx dan l-att. L-Italja allura neħħiet kull objezzjoni tagħha fuq l-għan tal-Ġermanja li tagħmel mill-Awstrija stat-satellita.

Bi vjolazzjoni diretta tat-Trattat ta' Versaille u dak ta' Lokarno, Hitler rremilitarizza r- Rhineland f'Marzu tal- 1936, u hawn bilkem irċieva tweġiba mil-potenzi l-oħra. Meta bdiet il-Gwerra Ċivili Spanjola f'Lulju, Hitler u Mussolini għenu l-fazzjoni faxxista mmexxija minn Ġeneralíssimu Francisco Franco u l-forzi nazzjonalisti tiegħu fil-gwerra ċivili kontra t-Tieni Repubblika Spanjola, megħjuna mill-Unjoni Sovjetika. Iż-żewġ naħat użaw il-kunflitt biex jisperimentaw armi u metodi ta' gwerra ġodda, bil-forzi nazzjonalisti spanjoli jirbhu fl-1939.

Biż-żieda fit-tensjonijiet, bedw isiru sforzi ta' konsolidazzjoni ta' poter f'bosta pajjiżi. F'Ottubru, l-Ġermanja u l-Italja ffurmaw l-Assi Ruma-Berlin u xahar wara, il-Ġermanja u l-Ġappun, bil-ħsieb li l-Unjoni Sovjetika u l-komuniżmu kien l-ikbar periklu għalihom, iffirmaw il-Patt Anti-Komintern, li l-Italja daħlet fih sena wara. Fiċ-Ċina, il-Kuomintang u l-forzi komunisti, qablu fuq waqfien mil-ġlied biex jippreżentaw front magħqud kontra l-forzi ġappuniżi.

Iżrael

L-Iżrael , uffiċjalment l-iStat tal-Iżrael (Ebrajk:מְדִינַת יִשְׂרָאֵל ; Għarbi:دولة إِسرائيل), hi demokrazija parlamentari fil-Lvant Nofsani, fuq il-kosta tax-Xlokk tal-Baħar Mediterran. Il-pajjiż imiss mal-Libanu fit-Tramuntana, is-Sirja fil-Grigal, il-Ġordan u ċ-Ċisġordanja fil-Lvant, l-Eġittu u l-Medda ta' Gaża fil-Lbiċ, u l-Golf ta' Aqaba fil-Baħar l-Aħmar fin-Nofsinhar, u jinkludi diversi karatteristiċi ġeografiċi fiż-żona relattivament żgħira tiegħu. Fil-Liġijiet bażiċi, l-Iżrael jiddefinixxi ruħu bħala Stat Lhudi u Demokratiku.

Każakistan

Il-Każakistan ( ˌkɑːzəkˈstɑːn ; Każak:Қазақстан Qazaqstan), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Każakistan, hu pajjiż fl-Asja Ċentrali, b'parti żgħira fil-punent tax-Xmara Ural fl-Ewropa tal-Lvant. Mill-erja, il-Każakistan huwa l-akbar pajjiż interkjuż fid-dinja u d-disa' l-akbar pajjiż fid-dinja; it-territorju tal-pajjiż jkopri madwar 2,727,300 kilometru kwadru (1,053,000 mi kw) li huwa akbar mill-Ewropa tal-Punent. Il-pajjiż hu mdawwar minn dawn il-pajjiżi skont l-arloġġ mit-tramuntana: ir-Russja, iċ-Ċina, il-Kirġiżistan, l-Użbekistan, u t-Turkmenistan, u wkoll għandhu fruntieri fuq il-parti kbira tal-Baħar Kaspju. Bi 17-il miljun ruħ (stima tal-2013) il-Każakistan hija t-62 l-akbar mill-popolazzjoni fid-dinja, għalkemm id-densità tal-popolazzjoni tagħha hija inqas minn 6 persuni kull kilometru kwadru (15 kull mi. kw.). Il-kapital hija Astana (preċedentement kienet Almaty).

Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol

Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatiku (bl-Ingliż: Asian Football Confederation), jew kif inhi magħrufha aħjar bħala l-AFC, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ażjatiku. Ġiet iffurmata fl-1954 f'Manila fil-Filippini, u hi waħda mis-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA. Xi pajjiżi li għandhom parti fl-Ewropa u l-parti l-oħra fl-Asja bħal m'huma r-Russja, l-Ażerbajġan, il-Każakistan, l-Armenja u l-Ġeorġja, jagħmlu parti mill-UEFA. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f'Bukit Jalil, Kuala Lumpur, fil-Malażja. Il-president attwali hu Mohammed Bin Hammam tal-Qatar.

Korea t'Isfel

Il-Korea t'Isfel, uffiċjalment magħrufha bħala r-Repubblika tal-Korea, huwa stat sovran fl-Asja tal-Lvant li jokkupa n-naħa tan-Nofsinhar tal-Peniżola Koreana. Tikkonfina fit-Tramuntana mal-Korea ta' Fuq, fil-Punent mal-Baħar l-Isfar (imbagħad iċ-Ċina), fin-Nofinshar mal-Istrett tal-Korea u fil-Lvant mal-Baħar tal-Ġappun. Il-belt kapitali hi Seoul, fejn b'iktar minn 20 miljun ruħ hi fost l-iktar bliet popolati fid-dinja. Il-pajsaġġ huwa wieħed muntanjuż; madanakollu, il-Korea t'Isfel bil-popolazzjoni ta' 50 miljun ruħ hija l-għoxrin pajjiż bl-iktar b'densità għolja (it-tielet, wara l-Bangladexx u t-Tajwan jekk ma jiġu kkunsidrati l-mikrostati).

Russja

Ir-Russja /ˈrʌʃə/ (Russu: Россия), magħrufa uffiċjalment bħala l-Federazzjoni Russa (Russu: Российская Федерация), hi pajjiż fit-tramuntana tal-Ewroasja. Hija repubblika federali semi-presidenzjali, li tinkludi 83 suġġett (diviżjoni) federali. Mill-majjistral għal-lbiċ, ir-Russja taqsam fruntiera man-Norveġja, il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja (it-tnejn ma' Kaliningrad Oblast), il-Bjelorussja, l-Ukrajna, il-Ġeorġja, l-Ażerbajġan, il-Każakistan, iċ-Ċina, il-Mongolja, u l-Korea ta' Fuq. Ir-Russja taqsam ukoll fruntiera marittima mal-Ġappun madwar il-Baħar ta' Okhotsk, u l-Alaska madwar l-Istrett Bering. Bi 17,075,400 kilometru kwadru (6,592,800 mi kw), ir-Russja hija l-akbar pajjiż fid-dinja u tkopri aktar minn 12.5% miż-żona tal-art abitata tad-Dinja. Ir-Russja hija wkoll l-aktar nazzjon popolat b'143 miljun ruħ (2012). Testendi mal-Asja tat-Tramuntana kollha u hi mifruxa fuq disa' żoni tal-ħin. Ir-Russja tinkorpora firxa wiesgħa ta' ambjenti.

L-istorja tan-nazzjon bdiet b'dik tas-Slavi tal-lvant, li ħarġu bħala grupp li jintgħaraf fl-Ewropa bejn is-seklu 3 u 8 QK. L-istat medjevali ta' Rus' twaqqaf fis-seklu 9 mill-gwerriera Varanġjani u d-dixxendenti tagħhom li komplew imexxuh. Fis-sena 988, l-istat adotta il-Kristjaneżmu Ortodoss mill-Imperu Biżantini, u hekk bdiet is-sintesi ta' kulturi Biżantini u Slavi li ddefiniet il-kultura Russa għall-millenju li jmiss.Fl-aħħar, Rus' imqasam f'numru ta' stati żgħar; Il-parti l-kbira mill-artijiet ta' Rus' invażjawhom il-Mongoli u saru tributarji tan-nomadiċi Orda tad-Deħeb. Bilmod, il-Gran Dukat ta' Moska rriunifika l-prinċipalitajiet Russi ta' madwar. B'hekk inkisbet l-indipendenza mill-Orda tad-Deħeb, u beda jiddomina l-wirt kulturali u politiku ta' Rus' ta' Kiev. Sas-seklu 18, in-nazzjon kien kiber ħafna permezz ta' konkwisti, annessjonijiet, u esplorazzjoni u sar l-Imperu Russu, li kien it-tielet l-akbar imperu fl-istorja, jibda mill-Polonja fl-Ewropa sal-Alaska fl-Amerika ta' Fuq.Wara r-Rivoluzzjoni Russa, ir-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa saret l-akbar kostitwent li twassal għall-Unjoni Sovjetika, l-ewwel stat soċjalist kostituzzjonalment fid-dinja u superpotenza rikonoxxuta, li kellha rwol deċiżiv fir-rebħa alleata fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-era Sovjetika rat xi wħud mill-aktar kisbiet teknoloġiċi sinifikanti fis-seklu 20, inkluż l-ewwel bniedem li mar fl-ispazju. Il-Federazzjoni Russa saret l-istat suċċessur tar-RSFS Russa wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika fl-1991, u hija rikonoxxuta bħala l-personalità legali kontinwa tal-Gvern tal-Unjoni Sovjetika.

L-ekonomija Russa hija klassifikata t-tmiem l-akbar mill-PGD nominali u s-sitt l-akbar mix-xiri tal-parità tas-saħħa. Il-minerali estensivi u r-riżorsi tal-enerġija tar-Russja, huma l-akbar riżervi fid-dinja, kif ukoll għandhom wieħed mill-akbar produtturi taż-żejt u gass naturali globalment. Ir-Russja hija wieħed mill-ħames pajjiżi li għandhom l-istati tal-armi nukleari rikonoxxuta u jippossjedu l-akbar ħażna ta' armi tal-qerda tal-massa. Ir-Russja hija qawwa kbira u membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u membru tal-G8, tal-G20, tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku, tal-Organizzazzjoni ta' Kooperazzjoni ta' Shanghai, tal-Komunità Ekonomika Ewrasjana, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u hija wkoll il-membru prinċipali tal-Istati Indipendenti tal-Commonwealth.

Singapor

Singapor hu nazzjon fl-Asja.

Tazza Ażjatika tal-Futbol

It-Tazza Ażjatika hija kompetizzjoni tal-futbol organizzata mill-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol (AFC) bejn il-pajjiżi Ażjatiċi. It-tim rebbieħ isir iċ-ċampjin tal-Asja u awtomatikament jikkwalifika għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.

It-Tazza Ażjatika kienet issir darba kull erba' snin mill-1956 'il quddiem, imma, minħabba li l-Logħob Olimpiku tas-sajf u l-Kampjonati Ewropej isiru fl-istess sena tat-tazza (2004, 2008, 2012 etċ.), il-kalendarju kellu jinbidel. L-AFC iddeċidiet li dan il-kampjonat jiġi skedat f'ħin fejn ikun hemm nuqqas ta' avvenimenti, u b'hekk wara l-2004, dan it-turnew sar fl-2007, biex issa se jkompli jsir kull erba' snin minn dik is-sena.

Matul is-snin, it-Tazza Ażjatika kienet iddominata mill-aqwa timijiet Ażjatiċi, tipikament dawk li ġejjin mill-Punent u mil-Lvant tal-Asja. Timijiet bħar-Repubblika Koreana, l-Iran, il-Ġappun u l-Arabja Sawdija kważi kull sena kienu laħqu l-finali. Timijiet oħra li kisbu suċċess jinkludu lill-Iraq, il-Kuwajt, iċ-Ċina u l-Emirati Għarab Magħquda.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 kienet is-sbatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, miżmum fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun bejn il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 2002. Din kienet l-ewwel darba li edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f'pajjiż Ażjatiku u l-aħħar darba fejn ġiet implimentata r-regola tal-gowl tad-deheb. Il-Brażil rebaħ il-ħames titlu tiegħu meta fil-finali rebaħ lill-Ġermanja 2–0. Fil-finali għat-tielet u r-raba' post intrebħet mit-Turkija kontra l-Korea t'Isfel bl-iskor ta' 3–2.

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali, li ssir kull erba' snin mill-FIFA. Dan it-turnew jinvolvi lir-rebbieħa individwali tal-kampjonati tas-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA (CAF, CONMEBOL, UEFA, AFC, OFC, CONCACAF) flimkien mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u l-pajjiż ospitu, biex iġib in-numru ta' parteċipanti għal tmienja.

Tim nazzjonali tal-futbol tar-Russja

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Russja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Russja u hu mmexxi mill-Football Union of Russia.

Mill-firda ta' l-Unjoni Sovjetika, il-futbol Russu bata biex juru l-livell tajjeb daqs kemm kien it-tim ta' l-Unjoni Sovjetika fil-passat. It-tim ikkwalifika għal żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja (1994, 2002) u żewġ edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej (1996, 2004), imma naqset li tikkwalifika iktar mill-ewwel rawnd.

Il-FIFA ikkunsidrat lit-tim nazzjonali tar-Russja bħala d-dixxendent dirett tar-rekords tat-timijiet nazzjonali tal-Komunità ta' l-Istati Indipendenti u ta' l-Unjoni Sovjetika

Tim nazzjonali tal-futbol tas-Slovenja

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Slovenja u hu mmexxi mill-Football Association of Slovenia. Huma lagħbu l-ewwel logħba fl-1991 wara l-firda tal-Jugożlavja. Qabel il-firda, plejers minn Slovenja kienu jilagħbu mat-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Jugożlavja.

L-Islovenja kienet sorpriża fil-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000 meta huma rebħu lill-Ukrajna fi playoff. Fil-kampjonat Ewropew huma rnexxielhom iżommu sħiħ kontra timijiet ta' qawwa meta rnexxielhom jispiċċaw pari kontra l-Jugożlavja u n-Norveġja u tilfu biss kontra Spanja 2-1. L-Islovenja rnexxielha tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2002 meta rebħet lir-Rumanija fi playoff. Waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni huma ma tilfux partita waħda; 7 rebħiet u 7 pari. Però fil-fażi finali fil-Korea u l-Ġappun huma marru lura darhom mingħajr punt. Minkejja li fallew li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 2006, huma kienu l-uniku tim li rebħu lill-Italja meta rebħulhom 1-0 ġewwa darhom. Din ma kinitx l-ewwel darba li evitaw telfa kontra dan it-tim - fl-1995 huma żammew lit-Taljani pari ta' 1-1 waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1996, fejn kienu wkoll ħadu l-vantaġġ.

Turkija

It-Turkija (Tork:Türkiye), uffiċjalment ir-Repubblika tat-Turkija ( Türkiye Cumhuriyeti ), hi pajjiż transkontinentali li l-parti l-kbira tiegħu tinsab fl-Anatolja fl-Asja tal-Punent u fit-Traċja tal-Lvant fl-Ewropa tal-Lbiċ. It-Turkija hija mdawra minn tmien pajjiżi: il-Bulgarija lejn il-majjistral; il-Greċja lejn il-punent; il-Ġeorġja lejn il-grigal; l-Armenja, l-Iran u l-Ażerbajġan lejn il-lvant; u l-Iraq u s-Sirja lejn il-lbiċ. Il-Baħar Mediterran jinsab fin-nofsinhar; il-Baħar Eġew lejn il-punent; u l-Baħar l-Iswed lejn it-tramuntana. Il-Baħar ta' Marmara, il-Bosforu u d-Dardanelli (li flimkien jiffurmaw l-Istretti Torok) jiddemarkaw il-konfini bejn Traċja u Anatolja; huma wkoll jisseparaw l-Ewropa u l-Asja. Il-lokazzjoni tat-Turkija f'salib it-toroq tal-Ewropa u l-Asja tagħmilha pajjiż ta' importanza ġeostrateġika sinifikanti.

Ċipru

Ċipru (Grieg:Κύπρος; Tork:Kıbrıs), uffiċjalment ir-Repubblika ta' Ċipru (Grieg:Κυπριακή Δημοκρατία; Tork:Kıbrıs Cumhuriyeti; Armen:Կիպրոսի Հանրապետություն), hi pajjiż gżira fil-Baħar tal-Lvant tal-Mediterran. Ċipru hija t-tielet l-akbar u t-tielet l-aktar popolata fil-Mediterran, u Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Hija tinsab fil-lvant tal-Greċja, fin-nofsinhar tat-Turkija, fil-punent tas-Sirja u l-Libanu, fil-majjistral tal-Iżrael u l-Medda ta' Gaża, u fit-tramuntana tal-Eġittu.

Ġeorġja

Il-Ġeorġja ( /ˈdʒɔrdʒə/ ) huwa pajjiż fir-reġjun tal-Kawkasu fl-Ewroasja. Dan il-pajjiż jinsab fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Punent tal-Asja, u bħala konfini għandu 'l-Baħar l-Iswed fuq l-Oċċident, lir-Russja fit-Tramuntana, fin-Nofsinhar lit-Turkija u l-Armenja, u fuq l-Orjent lill-Ażerbajġan. It-territorju tal-Ġeorġja jammonta għal 69,700 km² u l-popolazzjoni tammonta għal madwar l-4.5 miljun ruħ.

Pajjiżi fl-Asja
Stati sovrani Afganistan · Armenja · Arabja Sawdija · Ażerbajġan · Baħrejn · Bangladexx · Butan · Brunej · Burma (Mjanmar) · Emirati Għarab Magħquda · Kambodja · Ċina · Ċipru · Eġittu · Ġeorġja · Indja · Indoneżja · Iran · Iraq · Iżrael · Jemen · Ġappun · Ġordan · Każakistan · Korea ta' Fuq · Korea t'Isfel · Kuwajt · Kirġiżistan · Laos · Libanu · Malażja · Maldivi · Mongolja · Nepal · Oman · Pakistan · Filippini · Qatar · Russja · Singapor · Sri Lanka · Sirja · Taġikistan · Tajlandja · Timor tal-Lvant (Timor-Leste) · Turkija · Turkmenistan · Użbekistan · Vjetnam
Stati b'rikonoxximent limitat Abkażja · Ċipru ta' Fuq · Nagorno-Karabakh · Palestina · Ossezja t'Isfel · Stat Iżlamiku · Tajwan
Dipendenzi u
reġjuni amministrattivi speċjali
Awstralja Gżira tal-Milied · Gżejjer Kokos
Ċina Ħong Kong · Makaw
Renju Unit Akrotiri u Dhekelia · Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan

B'lingwi oħrajn

This page is based on a Wikipedia article written by authors (here).
Text is available under the CC BY-SA 3.0 license; additional terms may apply.
Images, videos and audio are available under their respective licenses.